Il-fehmiet tal-partijiet interessati u l-konsultazzjoni pubblika

Il-fehmiet tal-partijiet interessati u l-konsultazzjoni pubblika

 

L-Università ta’ Malta nehdiet il-Proċess tal-Ippjanar Strateġiku sabiex taġġorna l-viżjoni u l-missjoni tagħha għas-snin li ġejjin. Il-Pjan Strateġiku 2020-2025 jippreżenta għadd ta’ għanijiet ġenerali u pjan direzzjonali dwar kif dawn jistgħu jintlaħqu. 

L-abbozz finali tal-Pjan Strateġiku kien disponibbli għall-komunità sħiħa tal-Università magħmula mill-istudenti, l-istaff, u l-partijiet interessati esterni mis-soċjetà ċivili, il-gvern, l-industrija u l-provdituri tal-edukazzjoni ta’ qabel l-università. Il-fehmiet espressi fil-proċess konsultattiv għenuna nirfinaw il-verżjoni tal-pjan li ġie ppreżentat fit-30 ta' Mejju u fil-21 ta' Ġunju lis-Senat u lill-Kunsill għad-diskussjoni u approvazzjoni.

 


https://www.um.edu.mt/about/pjanstrategiku/processtalippjanarstrategiku/ilfehmiettalpartijietinteressatiulkonsultazzjonipubblika/