L-Università ta’ Malta nehdiet il-Proċess tal-Ippjanar Strateġiku sabiex taġġorna l-viżjoni u l-missjoni tagħha għas-snin li ġejjin. Il-Pjan Strateġiku 2020-2025 jippreżenta għadd ta’ għanijiet ġenerali u pjan direzzjonali dwar kif dawn jistgħu jintlaħqu.
L-iżvilupp tal-viżjoni strateġika qies l-interazzjoni ta’ bejn l-istrateġiji ewlenin u l-Istrateġiji biex nilħqu l-għanijiet, li huma b’saħħithom fl-istituzzjonijiet globali tal-edukazzjoni ogħla.
L-istrateġiji ewlenin tagħna jindirizzaw l-għanijiet edukattivi u jipprovdu l-punt tat-tluq għall-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-viżjoni u l-missjoni tal-Università ta’ Malta.
L-istrateġiji ewlenin popolari li tipikament jidhru fil-pjanijiet ta’ istituzzjonijiet globali ta' edukazzjoni ogħla huma:
L-istrateġiji ewlenin tal-Università ta’ Malta ttieħdu minn eżerċizzju ta’ referenzar li kkunsidra l-aqwa prassi tal-istituzzjonijiet edukattivi ewlenin, il-linji gwida għal edukazzjoni ogħla, il-linji gwida u l-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-kwalità tal-linji gwida f’livell internazzjonali u nazzjonali u l-klassifikazzjoni tal-metriċi. Kull stratġeija msemmija hawn fuq tħaddan iżjed sottogruppi tat-temi strateġiċi ewlenin li huma soġġetti għal avvanz kostanti u proċess kontinwu ta’ titjib.
L-istrateġiji biex nilħqu l-għanijiet tal-Università ta’ Malta jiffukaw fuq is-sapport amministrattiv meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet edukattivi u akkademiċi. L-oqsma ewlenin tas-sapport amministrattiv ġew irrappreżentati mid-direttorati amministrattivi.