Ir-Riċerka fuq l-Ilsien Malti
Bħala għajnuna fir-riċerka, hawn issib il-ħarġiet u l-indiċijiet tal-artikli tar-rivisti Il-Malti, Leħen il-Malti, Journal of Maltese Studies, L-Imnara, l-aċċent u s-Sagħtar. L-indiċijiet jiġu aġġornati minn żmien għal żmien u, meta jkollna verżjoni aġġornata tagħhom, intellgħuha.
- Il-Malti (1924- ) tal-Akkademja tal-Malti.
- Leħen il-Malti (1931- ) tal-Għaqda tal-Malti - Università. Ara l-indiċi [PDF] u l-fuljett Il-Ħabbar.
- Journal of Maltese Studies (1961- ) tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università. Ara l-indiċi [PDF].
- L-Imnara (1978- ) tal-Għaqda Maltija tal-Folklor. Ara l-indiċi [PDF].
- l-aċċent (2009- ) tad-Dipartiment tal-Malti tal-Kummissjoni Ewropea. Ara l-indiċi [PDF].
- Sagħtar [PDF] - l-indiċi tal-ħarġiet 1-350.
Tajjeb tirreferi wkoll għal dawn:
- Il-listi tat-teżijiet b'rabta mal-Malti
- Il-lista tat-teżijiet b'rabta mat-traduzzjoni u l-interpretar għall-Malti
Ara wkoll is-sit tar-riċerka li ssir fi ħdan id-Dipartiment: malti.mt
Tagħrif utli ieħor issibu fis-sit Malta: History, Language and Literature tas-Sur William Thierens li qed jagħmel biċċa xogħol utli ħafna għar-riċerka fuq l-istorja, il-lingwa u l-letteratura Maltija. Tista' tfittex ukoll f'din il-lista biblijografika ta' pubblikazzjonijiet u riżorsi lingwistiċi tal-Malti miġbura mid-Dipartiment tal-Malti u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.
Dawn iż-żewġ teżijiet fuq il-programmi tal-festi wkoll jista' jkollhom xi artikli marbutin mal-Malti:
- Joseph Grech: Kitbiet fil-Programmi tal-Festi: Biblijografija ta' Kontributi li dehru fil-Pubblikazzjonijiet Festivi tal-Parroċċi f'Malta u Għawdex, 1991-1993. Dip.LIS 1998.
- Malcolm Schembri u Kenneth Caruana: A Bibliography of Contributions in Publications Issued by Maltese Band Clubs, 2004-2009. Dip.LIS 2011.