Dan il-kors iwassal għal Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti u huwa organizzat mill-Università ta’ Malta bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Il-kors jinfirex fuq sena, u jibda fi Frar. L-istudenti jagħmlu 8 taqsimiet ta’ studju li flimkien jiswew 30 krettu. Barra milli titħarreġ bis-sħiħ fir-regoli tal-kitba, titgħallem ħafna dwar l-istorja tal-ilsien Malti, kif tiddisinja ktieb u kif tuża l-Malti fuq il-kompjuter. Dejjem fil-kumpanija ta' kollegi u taħt għajnejn letturi esperti.
Tagħrif ieħor minn dan is-sit jew billi tikteb provi-malti.arts@um.edu.mt
  | |||||
Semester 2   (February 2025 - June 2025) | |||||
  | |||||
Obbligatorji (L-istudenti kollha għandhom jirreġistraw għal dawn it-taqsimiet) | |||||
  | |||||
MAL1030 | Ir-Regoli tal-Kitba Maltija fil-Prattika 1 | 4 ECTS   | (NC)   | ||
MAL1032 | Elementi tal-Fonoloġija tal-Malti | 4 ECTS   | (NC)   | ||
MAL1040 | Elementi tal-Morfoloġija tal-Malti | 4 ECTS   | (NC)   | ||
  | |||||
  | |||||
Semester 1   (October 2025 - January 2026) | |||||
  | |||||
Obbligatorji (L-istudenti kollha għandhom jirreġistraw għal dawn it-taqsimiet) | |||||
  | |||||
MAL1031 | Ir-Regoli tal-Kitba Maltija fil-Prattika 2 | 6 ECTS   | (NC)   | ||
MAL1046 | Elementi Sintattiċi u l-Punteġġjatura | 2 ECTS   | (NC)   | ||
MAL1047 | Aspetti Tekniċi fil-Preżentazzjoni tal-Ktieb | 2 ECTS   | (NC)   | ||
MAL1048 | L-Għodod Elettroniċi għall-Qari tal-Provi | 2 ECTS   | (NC)   | ||
MAL1049 | Proġett Prattiku fil-Qari tal-Provi | 6 ECTS   | (NC)   | ||
  |
Dan il-programm ta' studju jaqa' taħt ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2019 u taħt l-Ordinamenti għall-għoti taċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti taħt l-awspiċi tal-Fakultà tal-Arti.