CODE | EPE1017 | ||||||||
TITLE | It-Taghlim tal-Malti fil-Primarja | ||||||||
UM LEVEL | 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course | ||||||||
MQF LEVEL | 5 | ||||||||
ECTS CREDITS | 6 | ||||||||
DEPARTMENT | Early Childhood and Primary Education | ||||||||
DESCRIPTION | Dan it-taqsima-studju għandu l-għan li jgħin lill-istudenti-għalliema iħarsu lejn materjal stampat jew f'format elettroniku b'mod infurmat u aġġornat mal-aħħar żviluppi fl-edukazzjoni. B'hekk is-siltiet ta' qari u taħriġ fil-kitba f'kuntest ta' tagħlim ikunu mifhuma kemm bħala prodott kif ukoll bħala proċess. Il-mira hi li l-istudenti-għalliema jsiru midħla ta' ġeneri/forom ta' qari/kitba li jħaddmu f'kuntesti differenti u jkunu kapaċi jidentifikaw il-funzjoni, l-udjenza u l-karatteristiċi uniċi tagħhom. Il-kors huwa utli għax isiru familjari ma': - l-istadji li fuqhom imsejjes il-proċess tal-kitba; - varjetà ta' organizzaturi grafiċi għal ġeneri differenti ta' qari/kitba; - strateġiji li jridu jużaw qabel, waqt u wara attivitajiet/lezzjonijiet tal-qari u l-kitba fil-klassi tal-primarja. Study-unit Aims: Dan it-taqsima-studju għandu l-għan li: - issaħħaħ ir-repertorju tal-qari tal-istudenti-għalliema fejn jidħlu qari/kitba fattwali u fittizja; - tiżviluppa l-għarfien u l-fehim tal-varjazzjonijiet ta' ġeneri ta' qari/kitba - narrattiva, deskrittiva, espożitorja, argumentattiva u tipi oħra marbutin mal-attivitajiet fil-ħajja ta' kuljum; - tgħin lill-istudenti-għalliema jagħrfu u jħaddmu t-teknika - vuċi (l-ewwel/it-tielet persuna), udjenza, karattri, ambjent, plot, djalogu, ideat, perspettivi, mistoqsijiet, vokabularju, stuttura u stil; - tgħin lill-istudenti-għalliema jiksbu l-għodda meħtieġa sabiex barra li jkunu jafu ġabra ta' fatti, kunċetti, ideat, prinċipji li jagħtu identità lil kull ġeneru partikolari, ikunu kapaċi jużaw il-kotba tal-iskola u jsibu/joħolqu riżorsi oħra konvenzjonali u diġitali addattati għal attivitajiet li jimplimentaw fil-klassi ma' tfal b'abiltajiet differenti fil-qari u fil-kitba. Learning Outcomes: 1. Knowledge & Understanding Fi tmiem ta' dan it-taqsima-studju l-istudenti-għalliema jkunu jistgħu: - juri li huma midħla u kapaċi jagħrfu ġeneri ta' qari/kitba wieħed minn ieħor; - jidentifikaw il-karatteristiċi ta' għadd ta' ġeneri ta' qari/kitba popolari li t-tfal jiltaqgħu magħhom fil-proċess tal-ħajja ta' kuljum u li jistipulaw is-sillabi/il-kisbiet mit-tagħlim fis-snin tal-primarja, eżamijiet; - ikunu konxji u kapaċi jħaddmu organizzaturi grafiċi biex jorganizzaw l-attivitajiet ta' qabel, waqt u wara l-qari għal tfal b'abiltajiet differenti; - ikunu kapaċi jfasslu attivitajiet ta' qari u kitba qasira bħal TIDWIR TAL-ILSIEN (Tongue twisters)/LIMERIKKI, TALBA, ĊAJTA, DJARJU/DJALOGU, ITTRA ELETTRONIKA (Informali), INVIT, SLOWGANS/POWSTER, LISTI TA' INGREDJENTI/MENUS/SKEDI, ĦARSETTA (Blurb); - jippjanaw attivitajiet/lezzjonijiet esploratorji biex jgħallmu dawn il-ġeneri ta' qari u kitba mifhuma bħala proċess u prodott; - iseddqu l-idea li l-lingwa hija ħaġa waħda għalhekk jagħrfu jintegrataw u jinkludu wkoll il-kisbiet li t-tfal fil-primarja jridu jagħmlu fejn jidħlu l-ħiliet tat-taħdit, is-smigħ u l-metalingwa wkoll. 2. Skills Fi tmiem ta' dan it-taqsima-studju l-istudenti-għalliema jkunu jistgħu: - jiskopru xogħlijiet ta' awturi varji li jkunu kitbu kotba informattivi jew immaġinattivi meta jixtru, jissellfu kotba minn libreriji jew waqt fieri lokali; - jissudaw fil-qari u fil-kitba ta' ġeneri varji għaliex bħala studenti terzjarji u għalliema-prospettivi jkollhom jippreżentaw ħafna dokumentazzjoni waqt it-Taħriġ Prattiku u fl-assenjamenti, teżi tul il-kors tal-Università; - jkunu jafu li kull kitba li tinqara jew l-ideat li jinkitbu jimxu fuq il-prinċipju li ġeneru jinbena biċċa biċċa (parts make up the whole) jew jiżżarma biċċa biċċa (whole is made up from parts). Jagħrfu l-binja/struttura partikolari; - il-ħiliet tal-qari u l-kitba jservuhom ta' sors ta' riflessjoni għall-iżvilupp professjonali tagħhom; - juru ħakma tajba tal-profiċjenza meħtieġa bħala għalliema-prospettivi tal-primarja fil-qari u fil-kitba, taħdit u smigħ kif ukoll "apprezzament u reazzjoni għal testi differenti, tħaddim wiesa' tal-metalingwa fl-oqsma kollha tal-ħajja, għarfien u apprezzament tal-kultura Maltija u l-istorja tal-iżvilupp tal-ilsien nattiv tagħhom" (Il-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim, p. 1). Main Text/s and any supplementary readings: Main Texts: - Cachia, S. (2002) Il-kompetenzi tal-qari fil-Malti fost it-tfal tat-Tieni Sena fil-primarja. Teżi mhux ippubblikata tal-B.Ed. (bl-Unuri), Malta: L-Università ta' Malta - Farrugia, C. (2015) Tassew senduq maġiku?: analiżi tal-lezzjoni tal-qari mis-sensiela 'Senduq' fl-ewwel tliet snin tal-primarja - Portelli, C. u Xerri, T. (2015) Mingħajr għodda ma taħdimx: inrawmu l-imħabba lejn il-qari bil-Malti permezz tal-librerija tal-klassi fl-ewwel sena tal-primarja - Portelli, T. (2012) Ġew l-għasafar jgħiduli: ġabra ta' titli u spunti għal-kitba fil-livell primarju, Malta: Klabb Kotba Maltin - Muscat, A. u Saliba, D. (2014) Malti aħjar bi sforzi żgħar, San Ġwann: BDL Publishing - Zahra, T. (2007) Il-Kitba Kreattiva, Malta: Merlin. Supplementary Reading: - Witherell, N.L. u McMackin, M.C. (2005) Teaching reading through differentiated instruction with leveledgraphic organizers, New York: Scholastic Inc. - Witherell, N.L. u McMackin, M.C. (2005) Teaching writing through differentiated instruction with leveledgraphic organizers, New York: Scholastic Inc. |
||||||||
STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||||
METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||
LECTURER/S | Deborah Galea Tania Muscat (Co-ord.) Kim Zahra |
||||||||
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years. |