CODE | EPE2009 | ||||||||
TITLE | L-Użu tal-Lingwa Maltija fis-Snin Bikrin | ||||||||
UM LEVEL | 02 - Years 2, 3 in Modular Undergraduate Course | ||||||||
MQF LEVEL | 5 | ||||||||
ECTS CREDITS | 4 | ||||||||
DEPARTMENT | Early Childhood and Primary Education | ||||||||
DESCRIPTION | Din l-unita' (unit) titnebbaħ mill-politika proposta fl-'Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f'Malta u Għawdex' li mxiet fuq il-ħsieb tal-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (2012) maħruġ ftit snin qabel. L-Istrateġija tirrakkomanda li fis-Snin Bikrin: "Is-sehem tat-taħdit fil-kisba tal-litteriżmu għandu jiġi rikkonoxxut b'mod ċar u għandhom jiġu promossi opportunitajiet għal djalogu bis-sens bejn l-adulti u t-tfal" (2014: 34). Għalhekk din l-unita', imfassla fuq il-prinċipji tat-tagħlim tal-Ewwel Ilsien, ser tlaqqa' lill-kandidati mal-kunċett tal-oraliżmu - it-taħdit u s-smigħ u l-kunċett tal-litteriżmu viżiv (il-ħars) minħabba l-preżenza qawwija tal-midja u t-teknoloġija fi żmienna. F'din l-unita' l-kandidati jsiru konxji li t-tfal żgħar ma jitgħallmux il-ħiliet imsemmija b'mod inċidentali u/jew għax Maltin/jgħixu f'Malta. Għaldaqstant il-ħsieb ċentrali huwa li l-użu tal-lingwa Maltija fi Snin Bikrin jippromwovi fit-tfal id-dispożizzjoni naturali għat-tagħlim tal-ilsien nattiv. Dan il-proċess jgħin biex it-tfal żgħar minn studenti egoċentriċi jinbidlu fi studenti attivi li jinqdew bl-akkwist tal-litteriżmu bikri ħalli jsaħħu l-komunikazzjoni miftuħa tagħhom ma' nies oħra. F'parti minn din l-unita' l-kandidati jiffukaw fuq l-għanijiet, il-bżonnijiet, l-interessi u l-esperjenzi li jġibu magħhom tfal ta' bejn it- 3 - 5 snin. F'parti oħra li tikkumplimenta lil din ta' qabel, il-kandidati jiġu mħarrġa kif jippjanaw attivitajiet bil-Malti li jrawmu l-ħiliet tal-oraliżmu-litteriżmu bikri, fi ħdan il-programm sħiħ għas-Snin Bikrin ippjant professjonalment fuq il-prinċipju ta' tagħlim magħruf bħala 'responsive planning'. Study-unit Aims: Din l-unita' tgħin lill-kandidati jsiru aktar konxji li huma ser iservu bħala mudelli denji (significant others) tal-għarfien u l-użu kompetenti tal-lingwa nattiva (il-Malti) fil-klassi. Tqarribhom lejn bażi teoretika ta' pedagoġija ġenerali, pedagoġija fuq it-tagħlim tal-lingwa nattiva u prattika miġjuba mill-esperjenza tal-klassi b'mod integrat. Tippreparhom b'mod professjonali għall-ispeċjalizazzjoni tagħhom ma' tfal żgħar ta' bejn it-3 - 5 snin) billi: - Jiskopru u jifhmu kemm huma kruċjali s-sensi fit-tiġrib tal-esperjenzi edukattivi biex jitħaddmu proċessi awditorji (auditory), tal-ħars (visual) u tal-mess (kinestethic); - Jitħarrġu kif jippjanaw attivitijiet ta' dan it-tip li jistgħu jkunu ta' darba jew inkella damma ta' attivitajiet imma li jiffurmaw parti minn proġetti/temi magħżulin mit-tfal stess. Learning Outcomes: 1. Knowledge & Understanding: By the end of the study-unit the student will be able to: - isiru midħla ta' teoriji/riċerka fejn jidħlu s-Snin Bikrin u l-lingwa nattiva; - isiru familjari mal-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (NCF, 2012), l-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f'Malta u Għawdex (2014), formoli u mudelli ta' pjanar (Fakulta' tal-Edukazzjoni), xi ċekkjaturi eżistenti li jkopru is-6 oqsma ta' żvilupp: il-qasam tal-kreattivita', tal-iżvilupp fiżiku, tal-iżvilupp soċjo-emozzjonali, tal-iżvilupp intellettwali (lingwa), tal-iżvilupp intelletwali (matematika), tal-iżvilupp tas-sens ċiviku; - Jidentifikaw miri (għal attivitajiet bir-riżorsi) li bihom jindirizzaw l-eżiġenzi personali u kuntestwali tal-klassi (abiltajiet, sfond soċjo-kulturali u dispożizzjonijiet); - Irawmu l-mentalita' li HUMA jridu jinfetħu għall-interessi, kurżitajiet u xewqat tat-tfal u mhux bil-kontra; - Jiskopru kif għandhom jinkoraġġixxu lit-tfal jivverbalizzaw ħsibijiet, kunċetti u ideat biex jagħrfu jaqsmuhom ma' kelliem ieħor/kelliema oħrajn f'kuntest soċjali/edukattiv. 2. Skills: By the end of the study-unit the student will be able to: - Joħolqu/jiddisinjaw u jsibu attivitajiet u riżorsi li jilħqu miri speċifiċi (fil-lingwa - fil-Malti/fil-litteriżmu) u ġenerali (l-oqsma intellettwali/l-Edukazzjoni fis-Snin Bikrin); - Ikunu kapaċi jimlew u jimxu mal-formoli u l-mudelli spjegati waqt il-kors biex jippreżentaw ħidmiethom b'mod imtarraġ u gwidat; - Ikunu kapaċi jagħmlu awto-kritika kostruttiva ta' ħidmiethom fuq dak li jkunu semgħu/ qraw/ osservaw/ għamlu waqt il-lekċers u/jew matul prattika fil-klassi. Main Text/s and any supplementary readings: Main texts: - Attard, S. (2013). School teachers' awareness of the use of language in bilingual classrooms. Dissertazzjoni mhux ippubblikata għall-grad ta' Baċellerat fl-Edukazzjoni (Bl-Unuri), l-Universita' ta' Malta. - Camilleri, M. (2015). Tridu tisimgħu storja?:It-tisħiħ tal-ħiliet orali ta' studenti b'nazzjonalitajiet differenti fl-ewwel sena tal-primarja. Dissertazzjoni mhux ippubblikata għall-grad ta' Bacellerat fl-Edukazzjoni (Bl-Unuri), l-Universita' ta' Malta. - Mifsud, R. u Sammut, M.(1996). L-iskills tas-smigħ u t-taħdit fil-lingwa Maltija fil-livell primarju mill-Kinergarten sat-Tielet Sena. Dissertazzjoni mhux ippubblikata għall-grad ta' Baċellerat (bl-Unuri), l-Universita' ta' Malta. - Mizzi, D. (2007). Banni Bannozzi: L-użu tat-taqbiliet tradizzjonali Maltin fl-edukazzjoni.Dissertazzjoni mhux ippubblikata għall-grad ta' Bacellerat fl-Edukazzjoni (Bl-Unuri), l-Universita' ta' Malta. - Portelli C.M. u Xerri, T. (2015). Mingħajr għodda ma taħdimx: Inrawmu l-imħabba lejn il-qari bil-Malti permezz tal-librerija tal-klassi fl-ewwel sena tal-primarja. Dissertazzjoni mhux ippubblikata għall-grad ta' Bacellerat fl-Edukazzjoni (Bl-Unuri), l-Universita' ta' Malta. Supplementary texts: - Abela, C.(2001). Isma' sew! Ezercizzji għall-iżvilupp tal-ħiliet tas-smigħ. Malta: Ippubblikat mill-awtrici. - Bardige, B.S. and Segal, M.M. (2005). Building literacy with love: A guide for teachers and caregivers of children from birth through age 5. Washington, DC: Zero to Three. - Clark, E.V.(2009). First language acquistion. Cambridge: Cambridge University Press. - Eagle, S.(2012). Learning in the Early Years: Social Interactions around picture books, puzzles and digital technology. Computers & Education, 59(1), 38-49. - Elster, C.A. (1994). "I Guess They Do Listen": Young Children's Emergent Readings after Adult Read-Alouds. Young Readers, 49(3), 27-31. - Katz, L. & Chard, S. C. (2000). Engaging children's minds: The project approach. Portsmouth, NH: Greenwood. - Littleton, K. and Mercer, N. (2013). Interthinking: Putting talk to work. London: Routledge. - Lust, B.C. and Foley, C.(Eds.).(2004). First langauge acquistion: The essential readings, Malden, MA: Blackwell Publishing. - Tertoolen, A., Geldens, J. van Oers, B. and Popeijus, H. (2015). "Listening to young children's voices: The evaluation of a coding system. International Journal of Educational Psychology, 4(2),113-141. - Whitebread, D. and Coltman, P.(Eds.)(2008). Teaching and Learning in the Early Years (3rd ed.). London: Routledge. |
||||||||
ADDITIONAL NOTES | Pre-requisite Qualifications: Test tal-Profiċjenza fil-Malti | ||||||||
STUDY-UNIT TYPE | Lecture and Independent Study | ||||||||
METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||
LECTURER/S | Miriam Deguara |
||||||||
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years. |