CODE | EPE2012 | ||||||||
TITLE | Il-Profiċjenza fil-Malti għall-Għalliema tas-Snin Bikrin u tal-Primarja | ||||||||
UM LEVEL | 02 - Years 2, 3 in Modular Undergraduate Course | ||||||||
MQF LEVEL | 5 | ||||||||
ECTS CREDITS | 6 | ||||||||
DEPARTMENT | Early Childhood and Primary Education | ||||||||
DESCRIPTION | Dan il-kors għandu l-għan li jtejjeb il-livell ta' profiċjenza fil-Malti, kif ukoll il-mira li jħarreġ lill-istudenti sabiex jesprimu ruħhom b’Malti tajjeb u jikkomunikaw b’mod effettiv kemm f’kitbiethom kif ukoll fit-taħdit tagħhom f’kuntesti differenti, billi jkunu kapaċi jużaw l-intonazzjoni u l-espressjoni idjomatika Maltija b’mod xieraq. Għanijiet tal-Kors: Din l-unità ta' studju għandha l-għan li: - ttejjeb u ssaħħaħ ir-reqqa u l-preċiżjoni tal-istudenti fil-produzzjoni tal-kitba u tat-taħdit bil-Malti; - tiżviluppa l-għarfien u l-fehim tal-varjazzjoni tal-lingwa Maltija, l-omonimi, l-omofoni, l-idjomi, il-qwiel, il-pronunzja korretta, l-intonazzjoni, l-ortografija, l-inflessjoni u l-ġens tal-kliem u tal-kliem missellef fil-Malti; - tgħin lill-għalliema prospettivi jiksbu l-għodda meħtieġa sabiex barra li jkollhom il-ħila jiktbu u jitħaddtu b’Malti tajjeb, ikunu jistgħu jagħrfu wkoll l-iżbalji ortografiċi f’kuntesti differenti li jiltaqgħu magħhom u jkunu kapaċi jikkoreġuhom. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim: Fi tmiem il-kors l-istudenti jkunu jistgħu: - juru li huma sodi fl-għarfien tar-regoli ortografiċi u grammatikali; - jidentifikaw l-użu korrett tal-punteġġjatura fil-qari u fil-kitba; - jesprimu ruħhom sew u b’Malti idjomatiku f’kitbiethom u fit-taħdit; - jkunu konxji tal-ismijiet tat-terminoloġija grammatikali li se jużaw fil-professjoni prospettiva tagħhom fosthom: il-Perfett, l-Imperfett, l-Imperattiv, il-Pronomi Dimostrattivi, il-Pronomi Magħżulin u Mehmużin, il-Partiċipju Attiv u Passiv, u l-bqija; - jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji fil-produzzjoni kemm tal-kitba kif ukoll tat-taħdit; - jifhmu sew kemm siltiet mismugħa kif ukoll siltiet miktuba; - jagħmlu preżentazzjonijiet orali u bil-miktub. 2. Ħiliet: Sa tmiem il-kors l-istudenti jkunu jistgħu: - jkunu preċiżi u effettivi kif xieraq fil-produzzjoni tagħhom kemm tal-kitba kif ukoll tat-taħdit; - jkunu jafu kif jiktbu b’Malti tajjeb u jużaw firxa relattivament wiesgħa ta’ vokabularju fil-produzzjoni miktuba u mitkellma; - jużaw punteġġjatura adatta b'mod preċiż u b'mod effettiv; - jikkomunikaw b’Malti tajjeb kemm fil-kitba kif ukoll fit-taħdit; - jikkritikaw sew u jikkoreġu fejn meħtieġ ir-riżorsi fl-edukazzjoni dwar il-mod kif qed tinkiteb il-lingwa Maltija; - juru ħakma tajba tal-profiċjenza meħtieġa għall-għalliema prospettivi fis-smigħ, fit-taħdit, fil-qari u fil-kitba bil-Malti billi jintużaw il-mekkaniżmi xierqa tal-fehim, pronunzja, intonazzjoni, ortografija u l-punteġġjatura. Biblijografija: - Akkademja tal-Malti. (2004). Tagħrif fuq il-Kitba Maltija II. Malta: KKM. - Azzopardi, C. (1997). L-Ortografija Uffiċjali tal-Malti: Analiżi Lingwistika Kritika b’Suġġerimenti għal Titjib.Teżi tal-M.A. Malta: Università ta’ Malta. - Briffa, C. (2003). Brother Henry’s Grammatika Maltija Revised. Malta: De La Salle Publications. - Camilleri, A. (2001). Ifhem u Wieġeb: Taħriġ il-Fehem fil-Malti għall-Eżami fil-Livell taċ-Ċertifikat taʹ l-Edukazzjoni Sekondarja. Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. - Cassar, M. (2006). Ir-Reqqa tal-Kitba. Gwida prattika ghall-istudenti tal-Malti. San Ġwann: BDL Publishing. - Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. (2008). Deċiżjonijiet 1. Malta: Kunsill tal-Malti. - Muscat, A. u C. D. Saliba (2014). Malti aħjar bi sforzi żgħar! San Ġwann: BDL Publishing. - Muscat, A. u C. D. Saliba. Aċċess. Malta: Merlin. - Saliba, C. D. (2010). Malti għall-Eżamijiet b’Pariri u Tweġibiet! Tarxien: Gutenberg Press. - Saliba, C. D. (2013). Idjomi Maltin għal studenti għaqlin. San Ġwann: BDL Publishing. - Saliba, C. D. (2013). Qwiel Maltin għal Studenti ħabrikin. San Ġwann: BDL Publishing. - Scicluna, K. (2017). Nikteb il-Malti Tajjeb: Manwal Prattiku tal-Ortografija. San Ġwann: BDL Publishing. |
||||||||
ADDITIONAL NOTES | Rekwiżiti: L-eżami taċ-ĊES tal-Malti bi grad 4 jew 5 jew l-eżami tal-Malti Intermedju jew Avvanzat bi grad D jew E Please note that a pass in all assessment components is obligatory for an overall pass mark to be awarded. |
||||||||
STUDY-UNIT TYPE | Lecture and Tutorial | ||||||||
METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||
LECTURER/S | Tania Muscat (Co-ord.) Oriana Spiteri Kim Zahra |
||||||||
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years. |