Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE LHA5001

 
TITLE It-Tħejjija għat-Tagħlim tal-Malti fl-Iskola Sekondarja / Preparing to Teach Maltese at Secondary School

 
UM LEVEL 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course

 
MQF LEVEL 7

 
ECTS CREDITS 5

 
DEPARTMENT Languages and Humanities Education

 
DESCRIPTION F'din it-taqsima ta' studju l-istudenti-għalliema se jistħarrġu għadd ta' karatteristiċi ta' paradigmi differenti tat-tagħlim u tal-assessjar tal-Malti.

Se tingħata ħarsa dettaljata lejn modi differenti kif l-għalliema prospettivi jistgħu jippjanaw xogħolhom b'tali mod li jkunu effiċjenti fit-tagħlim u professjonali fl-attitudni tagħhom.

Se jitfellel il-fajl fil-komponenti essenzjali tiegħu, u l-istudenti-għalliema se jingħataw gwida u spazju prattiku sabiex jimlew kull taqsima meħtieġa biex jidħlu fil-klassi b'moħħ mistrieħ.

Għanijiet tal-Kors:

L-għanijiet ta' din it-taqsima ta' studju huma biex:

- L-istudent-għalliem jagħraf jelenka l-karatteristiċi ewlenin ta' paradigmi differenti tat-tagħlim tal-Malti;
- L-istudent-għalliem ikun kapaċi jidentifika t-taqsimiet kollha tal-fajl tat-tagħlim, il-post fejn jiddokkumentaw it-tħejjija bħala għalliem prospettiv tal-Malti;
- L-istudent-għalliem jispjega b'mod dettaljat kif jista' jimla kull taqsima tal-fajl tat-tagħlim u kif jevalwaha skont il-każ sabiex jikber f'għalliem effiċjenti u professjonali f'xogħlu.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem it-taqsima ta’ studju l-istudent se jkun kapaċi:

- Jiddeskrivi l-kunċett ta' tagħlim tradizzjonali tal-Malti u jislet il-vantaġġi u l-limitazzjonijiet tiegħu;
- Jidentifika l-ħiliet u l-oqsma tal-lingwa bħala komponenti distinti fil-ħsieb, fit-twettiq u fl-assessjar;
- Jiddeskrivi l-komponenti differenti tal-fajl tat-tagħlim;
- Jagħraf jevalwa x-xogħol tiegħu stess, skont prinċipji, kriterji u kompetenzi biex jikber f'għalliem riflessiv u li jaqbad minn kmieni t-triq ta' żvilupp professjonali dejjiemi.

2. Ħiliet:

Fi tmiem it-taqsima ta’ studju l-istudent se jkun kapaċi:

- Jelenka t-taqsimiet kollha tal-fajl tat-tagħlim;
- Jikteb u jimla b'attenzjoni kull taqsima tal-fajl tat-tagħlim;
- Jevalwa kull taqsima tal-fajl tat-tagħlim li hu stess jimla, b'tali mod li jikkoreġi n-nuqqasijiet u jtejjeb il-prattika tiegħu;
- Jipparteċipa fi grupp - jagħmel parti minn komunità ta' prattikanti - sabiex flimkien ifassal u jsawwar programm qasir ta' tagħlim tal-Malti fi skola sekondarja.

Biblijografija:

Testi Ewlenin:

- Camilleri Grima, A. U Portelli, T. (2017) Fuq l-għatba tal-professjoni, Malta: Klabb Kotba Maltin.
- Portelli, T. u Camilleri Grima, A. (2001) 'It-tħejjija għat-tagħlim tal-Malti" fi Stedina għat-Tagħlim tal-Malti, Malta: Dyad Publications.
- Walker, L. (2008) The essential guide to lesson planning, Essex: Pearson.

Testi Sekondarji:

- Savage, J. & Fautley, M. (2013) A to Z of teaching. Berkshire: Open University Press.
- Zeichner, K.M. u Liston, D.P. (1996) Reflective teaching: An introduction, Mahwah, NJ: Lawrence Erlbaum Associates, Publishers.

 
ADDITIONAL NOTES Pre-requisite Qualifications: A first cycle degree with a main area of study (70 ECTS credits) in Maltese, which must include a minimum of 25 ECTS credits in taught study-units in Maltese language and linguistics, and 25 ECTS credits in Maltese literature, provided that for courses commencing in October 2016 only, the main area of study must include a minimum of 20 ECTS credits in taught study-units in Maltese language and linguistics, and 20 ECTS credits in Maltese literature.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Written Exercises SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S Janica Magro

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit