| CODE | LHA5003 | ||||||||
| TITLE | L-Esperjenza Letterarja fl-Iskola Sekondarja / The Literary Experience in the Secondary School | ||||||||
| UM LEVEL | 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course | ||||||||
| MQF LEVEL | 7 | ||||||||
| ECTS CREDITS | 5 | ||||||||
| DEPARTMENT | Languages and Humanities Education | ||||||||
| DESCRIPTION | F’din it-taqsima ta’ studju l-istudenti-għalliema se jiltaqgħu ma’ aspetti teoretiċi u prattiċi tat-tagħlim tal-Letteratura Maltija fl-iskejjel sekondarji, mill-ewwel sal-ħames sena. L-istudenti-għalliema mistennija jirriflettu b’mod kritiku fuq l-esperjenza letterarja tagħhom, sabiex isiru aktar konxji tal-attitudnijiet u tal-kompetenza letterarja tagħhom f’dan il-qasam. L-istudenti-għalliema se jesploraw possibbiltajiet sew ta’ tfassil ta’ sillabi differenti tal-letteratura skont il-punti organizzattivi misjuba fl-iskaluni (temi, kittieba, ġeneri u perjodi), kif ukoll ta’ metodi aġġornati, li flimkien jistgħu jiddaħħlu fil-klassi tas-sekondarja f'lezzjonijiet differenti biex l-istudenti jkollhom esperjenza letterarja pożittiva. L-istudenti-għalliema se jkollhom l-opportunità li jesperimentaw b’għadd ta’ metodi ta’ tagħlim b'rabta mal-kritika b’orjentament lejn il-qarrej. Se jintmissu wkoll għadd ta' kwistjonijiet li jduru ma' dan il-qasam. Għanijiet tal-Kors: L-għanijiet ta' dan il-qasam ta' studju huma sabiex: - Jistħarrġu r-raġunijiet għat-tagħlim tal-letteratura fis-sillabu tal-ilsien nattiv u dak barrani; - Jiffamiljarizzaw irwieħhom mal-qafas tal-iskaluni tal-Esperjenza Letterarja; - Ifasslu lezzjoni tal-letteratura Maltija skont il-prinċipji tal-kritika b’orjentament lejn il-qarrej; - Jesperimentaw b'metodi u jevalwaw strateġiji ta’ tagħlim tal-letteratura Maltija fl-iskola sekondarja. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim: Fi tmiem it-taqsima ta’ studju l-istudenti se jkunu kapaċi: - Jiddeskrivu r-raġunijiet tat-tagħlim tal-letteratura Maltija fil-kuntest ta' tagħlim tal-ewwel ilsien u dak ta' lingwa barranija; - Jelenkaw il-merti u l-limiti tat-tagħlim tal-letteratura skont orjentamenti differenti; - Jiddeskrivu kif orjentamenti differenti tat-tagħlim tal-letteratura jinfluwenzaw sensiela ta' deċiżjonijiet b'rabta mat-tħejjija, mal-eżekuzzjoni u mal-evalwazzjoni ta' lezzjoni tal-letteratura; - Jorbtu l-prinċipji u l-prattiċi tat-tagħlim tal-letteratura Maltija ma' lehmiet b'għeruqhom fl-ideat tal-movimenti tal-kritika letterarja, ewlenini fosthom, il-kritika b'orjentament lejn il-qarrejja. 2. Ħiliet: Fi tmiem it-taqsima ta’ studju l-istudent se jkun kapaċi: - Ifassal programm ta' tagħlim qasir skont l-orjentament ewlieni li jħaddan u l-għarfien miksub mill-iskaluni tal-Esperjenza Letterarja; - Jimplimenta f'lezzjoni tal-letteratura Maltija metodoloġija li ssaħħaħ ir-respons letterarju u t-tiswir tal-komunita' ta' interpreti; - Ifassal riżorsi adatti għat-tagħlim tal-letteratura skont l-abiltà tal-istudenti u skont l-għanijiet tal-lezzjonijiet li jagħżlu; - Jevalwa lezzjoni tal-Esperjenza Letterarja; - Jaqra testi letterarji preskritti fis-sillabu u jagħżel oħrajn li jistgħu jkunu ta' interess għat-tfal; - Jiddibatti kwistjonijiet jaħarqu, uħud minnhom etiċi, b'rabta mat-tagħlim tal-Letteratura Maltija. Biblijografija: Kotba Ewlenin: - Collie, J. u Slater, S. (2000) Literature in the language classroom: A resource book of ideas and activities, Cambridge: Cambridge University Press. - Portelli, T. (2001) ‘L-esperjenza letterarja’, F’A. Camilleri Grima (editriċi), Skaluni għat-tagħlim tal-Malti fis-sekondarja, Malta: L-Istitut tal-Lingwistika u L-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti. Kotba Supplimentari: - Carter, R. u Long, M.N. (1991) Teaching literature, Essex: Longman. - Duff A. u Maley, A. (1996) Literature, Oxford: Oxford University Press. - Parkinson, B. u Reid Thomas, H. (2000) Teaching literature in a second language, Edinburgh, Scotland: Edinburgh University Press. - Portelli, T. (ed.) (2009) Il-qari tal-letteratura: Bejn esperjenza u kritika, Malta: Allied Publications. Qari Supplimentari - Teżijiet: - Muscat C. (2011) Żewġ studji ta' Awtur: Carmel G. Cauchi u Charles Casha. - Galea, J. (2008) L-Istudenti u t-tagħlim tal-letteratura Maltija fl-ewwel klassi tal-iskola sekondarja. - Morana, A J. (2004) Ir-rispons skont l-Intelliġenzi Multipli fit-tagħlim tal-letteratura Maltija. |
||||||||
| ADDITIONAL NOTES | Pre-requisite Qualifications: A first cycle degree with a main area of study (70 ECTS credits) in Maltese, which must include a minimum of 25 ECTS credits in taught study-units in Maltese language and linguistics, and 25 ECTS credits in Maltese literature, provided that for courses commencing in October 2016 only, the main area of study must include a minimum of 20 ECTS credits in taught study-units in Maltese language and linguistics, and 20 ECTS credits in Maltese literature. | ||||||||
| STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||||
| METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||
| LECTURER/S | Terence Portelli |
||||||||
|
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |
|||||||||