Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE LHA5005

 
TITLE It-Tagħlim tal-Qari u l-Kitba fl-Iskola Sekondarja / Teaching Reading and Writing in Secondary School

 
UM LEVEL 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course

 
MQF LEVEL 7

 
ECTS CREDITS 5

 
DEPARTMENT Languages and Humanities Education

 
DESCRIPTION F'din it-taqsima ta' studju l-istudenti-għalliema se jiffamiljarizzaw irwieħhom mal-iżvilupp tad-definizzjonijiet tal-ħiliet tal-qari u l-kitba f'kuntesti soċjali differenti. Se jiġu mistħarrġa l-prinċipji u l-prattiċi ewlenin, imsejsa fuq l-aħħar riċerka tat-tagħlim u l-assessjar ta' dawn iż-żewġ ħiliet tal-lingwa. Il-qari ta' testi mhux letterarji li jissieħeb ma' taħriġ il-fehem, daqskemm il-kitba bħala proċess se jitfgħu dawl fuq il-paradigmi ewlenin u jgħinu lill-istudenti-għalliema jifhmu s-sehem tagħhom fis-sillabu tal-Malti u fil-programm tat-tagħlim tat-tfal fl-iskola sekondarja. Fl-aħħar se jkun analizzat kif il-politika lingwistika tal-iskola tista', meta mħaddma tajjeb, tagħti sehem pożittiv fl-iżvilupp ta' dawn il-ħiliet.

Għanijiet tal-Kors:

L-għanijiet ta' dan il-qasam ta' studju huma sabiex l-għalliema prospettivi:

- Jiddefinixxu, skont pedagoġisti differenti, il-kunċetti ta' litteriżmu/illitteriżmu, u jiddeskrivu l-effetti tagħhom fuq it-tfal u fuq is-soċjeta';
- Iħejju programm qasir tat-tagħlim tal-qari u tal-kitba b'rispett lejn il-qafas tat-tagħlim ta' dawn il-ħiliet, u skont abiltajiet u l-interessi differenti li jkollhom fil-klassi;
- Iħejju pjan tal-lezzjoni li jinkludi fażi ta' espożizzjoni u komponent ta' assessjar ta' dawn iż-żewġ ħiliet tal-lingwa, aspetti msejsa fuq l-aħħar lehmiet miksuba mir-riċerka tat-tagħlim effettiv ta' dawn il-ħiliet.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem it-taqsima ta’ studju l-istudent se jkun kapaċi:

- Jiddeskrivi u jiddefinixxi l-kunċetti tal-qari u tal-kitba fil-qafas tat-tagħlim tal-lingwa;
- Jesplora l-paradigmi ewlenin tat-tagħlim tal-qari u l-kitba fil-livell sekondarju sabiex jiddistingwi bejn orjentamenti u prattiċi differenti;
- Jelenka l-istadji ewlenin tal-lezzjonijiet tal-qari u tal-kitba, u jiddeskrivu x'jista' jsir f'kull stadju;
- Jaqra u jikkritika dokumenti uffiċjali lokali u barranin fuq dawn iż-żewġ ħiliet tal-lingwa, bil-għan li jiżviluppa f'għalliem kritiku tagħhom.

2. Ħiliet:

Fi tmiem it-taqsima ta’ studju l-istudent se jkun kapaċi:

- Ifassal programm tat-tagħlim tal-ħiliet tal-qari u l-kitba b'rabta mal-iskaluni rispettivi;
- Iħejji lezzjonijiet adatti għat-tagħlim tal-qari u tal-kitba fil-livell sekondarju, skont orjentament teoretiku ċar;
- Jimplimenta metodoloġija progressiva u inklussiva li ssaħħaħ dawn iż-żewġ ħiliet tal-lingwa fi tfal b'abiltajiet u minn sfond kulturali differenti;
- Joħloq riżorsi xierqa għat-tagħlim effettiv tal-qari u tal-kitba fil-livell sekondarju b'risq klassijiet b'medda ta' abiltajiet u sfond kulturali differenti;
- Jaqra b'mod kritiku artikli ta' riċerka b'rabta mat-tagħlim tal-qari u tal-kitba fis-sekondarja, filwaqt li jipparteċipa f'diskussjonijiet dwar kwistjonijiet fil-qalba tat-tagħlim u tal-assessjar ta' dawn iż-żewġ ħiliet.

Biblijografija:

Testi Ewlenin:

- Atwell, N. (1998) In the middle: New Understandings about writing, reading and learning (it-tieni edizzjoni), Portsmouth, NH: Heinemann.
- Azzopardi, C. (2001) 'Il-kitba', f'Camilleri Grima, A. (ed.) Skaluni għat-tagħlim tal-Malti fis-sekondarja. Malta: L-Istitut tal-Lingwistika u L-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti.
- Portelli, T. (2001) 'Il-qari', f'Camilleri Grima, A. (ed.) Skaluni għat-tagħlim tal-Malti fis-sekondarja. Malta: L-Istitut tal-Lingwistika u L-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti.
- Portelli, T. (2012) Ward ta’ kull staġun: 1500 Xrara għall-kitba fil-livell Sekondarju u dak Postsekondarju, Malta: Klabb Kotba Maltin.
- Sanderson, P. (1999) Using newspapers in the classroom, Cambridge: Cambridge University Press.

Testi Supplimentari:

- Calkins, L. M. (1994) The art of teaching writing (edizzjoni ġdida), Portsmouth, NH: Heinemann.
- White, R. & Arndt, V. (1997) Process writing, Essex: Longman.

 
ADDITIONAL NOTES Pre-requisite Qualifications: A first cycle degree with a main area of study (70 ECTS credits) in Maltese, which must include a minimum of 25 ECTS credits in taught study-units in Maltese language and linguistics, and 25 ECTS credits in Maltese literature, provided that for courses commencing in October 2016 only, the main area of study must include a minimum of 20 ECTS credits in taught study-units in Maltese language and linguistics, and 20 ECTS credits in Maltese literature

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Examination (2 Hours) SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S Kurt Slattery

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit