Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE LHA5006

 
TITLE It-Tagħlim tal-Ħila tas-Smigħ / Teaching Listening Skills

 
UM LEVEL 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course

 
MQF LEVEL 7

 
ECTS CREDITS 5

 
DEPARTMENT Languages and Humanities Education

 
DESCRIPTION Din it-taqsima ta’ studju se tiffoka b’mod kritiku fuq fatturi u elementi li l-istudenti għalliema għandhom iżommu f’moħħhom sew meta jkunu qed jippreparaw riżorsi għal klassijiet u kuntesti bi student li għalihom il-Malti hija l-ewwel lingwa, kif ukoll fi klassijiet fejn hemm studenti li għalihom il-Malti mhix lingwa nattiva (i.e. it-tieni lingwa/lingwa barranija). Ma' dan, id-diskussjoni se tinkludi eżempji ta’ riżorsi li jiffaċilitaw it-tagħlim tal-Malti f’kuntesti fejn student li għalihom il-Malti hija l-lingwa nattiva jsibu ruħhom jitgħallmu ma’ student li għalihom il-Malti hija t-tieni lingwa jew saħansitra lingwa barranija.

Fit-tieni parti ta’ din it-taqsima ta’ studju, niffukaw speċifikament fuq il-mod kif wieħed jipprepara r-riżorsi għat-tagħlim tas-smigħ tal-lingwa Maltija fi skola sekondarja. Din l-attenzjoni speċifika lil din il-ħila se tingħata peress li s-smigħ ħafna drabi hija l-ħila li spiss tingħata l-anqas attenzjoni fost il-ħiliet tal-lingwa li huma s-sisien tal-litteriżmu u jgħinu lil xulxin fl-iżvilupp lingwistiku tal-istudenti fis-sekondarja. L-istudenti-għalliema se jiġu konxji u jiffamiljarizzaw irwieħhom mal-iskaluni u mas-sillabi tas-smigħ u jitħarrġu fil-mod kif jistgħu jużawhom fil-proċess tat-tħejjija, tat-tagħlim u tal-assessjar tagħhom fil-klassi.

Il-partijiet kollha tal-kors huma mfassla li jamalgamaw it-teorija ma’ ħafna eżempji prattiċi ta’ riżorsi li jgħinu lill-istudenti għalliema jippreparaw ruħhom għas-sitwazzjonijiet u r-realtajiet tal-klassi.

Għanijiet tal-Kors:

- Jiddefinixxu t-terminu 'analiżi kritika tar-riżorsi' skont pedagoġisti differenti;
- Jiffamiljarizzaw ruħhom mal-kunċetti ta’ Multimodalita';
- Jiddistingwu bejn u jipproduċu riżorsi għal studenti li għalihom il-Malti huwa l-lingwa nattiva u għal dawk li għalihom il-Malti mhux lingwa nattiva.
- Jagħtu skematizzazzjoni tal-lezzjonijiet tal-ħila tas-smigħ;
- Ifasslu lezzjonijiet tas-smigħ dettaljati, b'riżorsi xierqa għal magħhom.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Sa tmiem din it-taqsima ta' studju l-istudenti-għalliema mistennija li:
- Jiffamiljarizzaw irwieħhom mal-prinċipji ta’ kif wieħed għandu janalizza testi differenti mil-lenti kritika;
- Jidentifikaw u jużaw il-prinċipji ta’ multimodalita' biex janalizzaw testi u riżorsi b’mod kritiku;
- Jibnu u jimxu ma' sekwenza tal-lezzjoni tas-smigħ fil-pjanifikazzjoni ta' lezzjoni.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti-għalliema se jkunu kapaċi:
- Ifasslu lezzjoni tas-smigħ skont mudelli stabbiliti;
- Ifasslu riżorsi u eżerċizzji xierqa b'rabta mal-prinċipji kritiċi diskussi;
- Jagħrfu jevalwaw b'mod kritiku riżorsi li jsibu jew li jiddiżinjaw huma stess għal kuntesti differenti fejn jiġi mgħallem il-Malti;
- Jagħrfu jevalwaw b'mod kritiku lezzjoni tas-smigħ.

Biblijografija:

- Jewitt, c. (2009) The Routledge Handbook of Multimodal Analysis, Londra: Routledge.
- Jones, R. (1989) GCSE English 3: Speaking and Listening, Londra: John Murray Publications.
- Kress, G. (2010) Multimodality: A social semiotic approach to contemporary communication, Londra: Routledge.
- Muscat, T. (2001) ‘Is-smigħ’, F’A. Camilleri Grima (editriċi), Skaluni għat-Tagħlim tal-Malti fis-Sekondarja, Malta: L-Istitut tal-Lingwistika u l-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti.
- Sammut, A. (2001) ‘It-taħdit’, F’A. Camilleri Grima (editriċi), Skaluni għat-Tagħlim tal-Malti fis-Sekondarja, Malta: L-Istitut tal-Lingwistika u l-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti.

 
ADDITIONAL NOTES Pre-requisite Qualifications: A first cycle degree with a main area of study (70 ECTS credits) in Maltese, which must include a minimum of 25 ECTS credits in taught study-units in Maltese language and linguistics, and 25 ECTS credits in Maltese literature, provided that for courses commencing in October 2016 only, the main area of study must include a minimum of 20 ECTS credits in taught study-units in Maltese language and linguistics, and 20 ECTS credits in Maltese literature.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S AUDREY R GALEA
Jacqueline Zammit (Co-ord.)

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit