Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1055

 
TITLE DAĦLA GĦAN-NARRATTIVA

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Din it-taqsima studju għandha żewġ partijiet. Fl-ewwel parti tingħata ħarsa mill-qrib lejn l-elementi l-aktar ċentrali tan-narrattiva, fosthom it-tipi differenti ta' narraturi, iż-żmien u l-ispazju fin-narrazzjoni, it-tonalità, ir-ritmu, u l-fokalizzazzjoni.

It-tieni parti tintroduċi ġeneri differenti ta' narrattiva, b'mod partikolari r-rumanz u n-novella, (bis-sottoġeneri tagħhom); forom ta' rakkonti aktar primittivi bħal-leġġenda u l-ħrafa; kif ukoll fenomeni riċenti ta' rakkont bħall-mikrostejjer u narrattiva ġġenerata mill-IA. F'din it-tieni parti tingħata wkoll ħarsa lejn ġeneri oħrajn ta' narrazzjoni li mhumiex marbutin mar-rakkuntar ta' stejjer mistħajla, bħad-djarji, il-memoir u l-(awto)bijografiji.

Għanijiet tal-Kors:
Din it-taqsima-studju twassal biex l-istudenti jiksbu għarfien tal-prinċipji tan-narratoloġija u
l-karatteristiċi ċentrali tan-narrattiva Maltija, u jservi wkoll ta’ introduzzjoni għall-ġeneri narrattivi li mbagħad l-istudju tagħhom jitfannad f’taqsimiet oħrajn matul it-tliet snin tal-kors.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- jixtarru l-elementi li jsawru rakkont;
- jiddistingwu l-ġeneri letterarji narrattivi minn xulxin u jifhmu l-kwalitajiet li jappartjenu għal kull wieħed minnhom.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- janalizzaw l-istruttura ta’ rakkont;
- janalizzaw il-format ta’ ġeneri differenti ta’ narrattiva;
- jiddeduċu s-similaritajiet u d-differenzi bejn dawn il-ġeneri;
- japplikaw l-osservazzjonijiet dwar il-ġeneri differenti ta’ narrattiva għal-letteratura lokali.

Biblijografija:

L-Ewwel Parti: In-Narratoloġija u l-Elementi Bażiċi tan-Narrattiva:

Testi obbligatorji:

- Bal, Mieke. Narratology: Introduction to the Theory of Narrative. 3et edizzjoni, U of Toronto P, 2009 (available)
- Herman, David. Basic Elements of Narrative. Wiley-Blackwell, 2009. (available)

Testi supplementari:
- Currie, Gregory. Narratives and Narrators: A Philosophy of Stories. Oxford UP, 2010. (available)
- Fludernik, Monika. An Introduction to Narratology. Routledge, 2009. (available)


It-Tieni Parti: Ġeneri Differenti tan-Narrazzjoni:

Testi obbligatorji:

- Couser, G.Thomas, Memoir: An Introduction. Oxford UP, 2012. (to order)
- Lee, Maurice (ed). Writers on Writing: The Short Story. Praeger, 2005. (available)
- March-Russell, Paul. The Short Story: An Introduction. Edinburgh UP, 2009. (available)

Testi supplementari:

- Dietz, Laura. ‘Online versus print: the reputation of literary fiction magazines.’ Short Fiction in Theory and Practice, vol. 1 nru 1, 2011, pp. 7-19.
- Galef, David. Brevity: The Art of Writing Very Short Fiction. Columbia UP, 2016. (to order)
- Howitt-Dring, Holly. ‘Making micro-meanings: reading and writing microfiction.’ Short Fiction in Theory and Practice, vol. 1 nru 1, 2011, pp. 47-58.
- May, Charles (ed). The New Short Story Theories. Ohio UP, 1994. (to order)

Testi Maltin:

Fil-bidu tal-kors l-istudenti jingħataw pakkett ta’ siltiet ta’ testi Maltin għall-qari u l-analiżi fil-klassi.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S Immanuel Mifsud

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit