Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1090

 
TITLE Il-Kritika Letterarja: Il-Prattika 1

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Stħarriġ Prattiku tal-Poeżija 1 (B. Micallef)

Dan il-kors iħarreġ lill-istudenti fil-kritika letterarja tal-poeżija skont il-prinċipji u l-metodoloġija tal-Kritika l-Ġdida. Ix-xejriet ewlenin li jsawru t-test fil-poetiċità waħdanija tiegħu jiġu mistħarrġa fit-teorija daqskemm fit-tħaddim prattiku tagħhom. Dawn huma xi aspetti poetiċi li l-kors jistħarreġ bis-saħħa tat-testi magħżula: id-dimensjonijiet tal-kelma, l-għażla lessikali, il-mekkaniżmi figurattivi, il-metrika, il-figuri rettoriċi, ir-rabta bejn is-sens u l-ħoss, l-aspetti strutturali u tipografiċi tat-test. Bl-istħarriġ sistematiku ta’ poeżiji Maltin differenti, il-kors juri kif l-aspetti poetiċi jagħtu perspettivi ġodda fuq it-tema li tkompli tiżviluppa ma’ kull qari.

Stħarriġ Prattiku tal-Proża 1 (A. Grima)

Dan il-kors jippreżenta għadd ta’ metodi mħaddma fil-kritika letterarja fl-istħarriġ tal-proża. Ix-xejriet ewlenin li jsawru t-test fil-bixra letterarja tiegħu huma mistħarrġa fit-teorija daqskemm fit-tħaddim prattiku tagħhom. L-istħarriġ prattiku tan-narrattiva jistaqsi mistoqsijiet fundamentali dwar in-natura u l-binja tan-narrattiva, kif tagħġinna u kif nagħġnu lilha aħna bħala qarrejja inevitabbilment attivi; jistaqsi wkoll kif tinbidel in-narrattiva meta jinbidel il-kuntest kulturali li fih taġixxi. Il-kors iħares lejn il-komponenti ewlenin tan-narrattiva, speċjalment is-sehem tan-narraturi (l-aktar fl-ewwel u t-tieni persuna) f'tipi differenti ta’ narrazzjoni, u l-fokalizzazzjoni, u jagħti ħjiel tal-firxa wiesgħa tal-effetti li jħallu dawn il-komponenti, fosthom fejn jidħlu l-kunflitt u l-għeluq.

Għanijiet tal-Kors

Dan il-kors juri metodu analitiku u interpretattiv li permezz tiegħu t-tematika tinbidel minn suġġett ġenerali għal argument inkonklużiv, b’għadd ta’ perspettivi li jiżdiedu ma’ kull qari.

Kisbiet mit-Tagħlim

1. Tagħlim

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jevalwaw ix-xogħol letterarju għall-valur estetiku tiegħu u għall-mod kif dan il-valur jissarraf f’lemħiet ġodda fuq it-tematika. L-istudenti jkunu kapaċi jqisu t-tematika bħala argument fi żvilupp kontinwu bil-kontribut ta’ għadd ta’ tekniki u effetti letterarji.

2. Ħiliet

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jiftħu t-tematika f’firxa ta’ perspettivi, u li jirfinaw dawn il-perspettivi bl-assoċjazzjonijiet u bil-konnotazzjonijiet li joħorġu mill-arti tal-kitba letterarja.

Biblijografija

Stħarriġ Prattiku tal-Poeżija 1

- Allen, G. (2000) Intertextuality. London, New York: Routledge.
- Chandra, N. (1979) New Criticism. Delhi: Doaba House.
- Fowler, R. (1996) Linguistic Criticism. Oxford: Oxford UP.
- Friggieri, O. (2000) Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji. Malta: Peg.
- Matterson, S. (2006) “The New Criticism.” Literary Theory and Criticism. Ed. Patricia Waugh. Oxford, New York: Oxford UP.
- Richards, I.A. (1978) Practical Criticism – A Study of Literary Judgement.1929. London: Routledge and Kegan Paul.
- Shiach, D. (1984) The Critical Eye – Appreciating Prose and Poetry. Surrey: Thomas Nelson and Sons.

Stħarriġ Prattiku tal-Proża 1

- Booth, W. (1983) The Rhetoric of Fiction. Chicago: University of Chicago Press.
- Culler, J. (2009) Literary Theory. A Very Short Introduction. Oxford: Oxford University Press, 2011.
- Friggieri, O. (2010) Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji. Malta: KKM.
- Genette, G. (1983) Narrative Discourse. New York: Cornell University Press.
- Mieke, B. (2009) Narratology. Toronto: University of Toronto Press.
- Portelli, T. (2009) Il-Qari tal-Letteratura. Bejn Esperjenza u Kritika. Malta: Allied Publications.
- Porter Abbott, H. (2008) The Cambridge Introduction to Narrative. Cambridge, UK: CUP.

 
RULES/CONDITIONS In TAKING THIS UNIT YOU CANNOT TAKE MAL1190 OR TAKE MAL1290

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM1 Yes 50%
Examination (1 Hour) SEM1 Yes 50%

 
LECTURER/S Adrian Grima
Bernard Micallef

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit