Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1213

 
TITLE Il-Kitba tal-Ilsien Għarbi

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Matul kull lezzjoni ta' din it-taqsima studju jiġu mgħallma grafemi differenti li jsawru l-alfabet Għarbi. Ma' dawn il-grafemi hemm marbutin fonemi li fil-parti l-kbira tagħhom intirtu fl-ilsien Malti. Hemm ftit fonemi oħra li, jew qatt ma ntirtu fl-ilsien Malti, jew li maż-żmien, permezz ta' proċessi fonoloġiċi kumpensatorji, ma baqgħux jirriflettu eżatt il-ħsejjes fl-Għarbi. L-istudenti jingħataw taħriġ fil-kitba u fil-pronunzja tal-fonemi Għarbin, fi sfond ta' diskussjoni kontinwa dwar ir-rabta bejn l-ilsien Għarbi u dak Malti.

Għanijiet tal-Kors:

L-għan tat-taqsima studju huwa:

- Li tgħallem l-istudenti tal-Malti l-qari u l-kitba tal-alfabet Għarbi;
- Li tqiegħed lill-istudenti tal-Malti f'qagħda li jifhmu l-iżviluppi fonoloġiċi li seħħew fil-Malti matul is-sekli;
- Li tagħti l-ħila lill-istudenti tal-Malti jikkonsultaw bla diffikultà t-taqsimiet etimoloġiċi tad-dizzjunarji;
- Li tagħti l-ħila lill-istudenti tal-Malti jikkonsultaw dizzjunarji tal-ilsien Għarbi.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim
Fi tmiem it-taqsima l-istudenti jkunu jistgħu:

- Jaqraw u jiktbu l-alfabet Għarbi (is-sistema 'Nasħ');
- Iqabblu s-sistema fonoloġika Għarbija, kif riflessa fl-alfabet Għarbi, ma’ dik Maltija;
- Jikkonsultaw bla diffikultà t-taqsimiet etimoloġiċi f’dizzjunarji differenti Maltin li juru l-etimi bl-ittri Għarbin;
- Jagħmlu użu bażiku minn dizzjunarji tal-ilsien Għarbi.

2. Ħiliet
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Jaqra u jikteb l-alfabet Għarbi;
- Ikun f'qagħda li jikkonsulta t-taqsimiet etimoloġiċi ta' dizzjunarji Maltin li joffru etimoloġiji ta' kliem Malti;
- Jikseb għarfien xjentifiku tal-għeruq Għarbin tal-ilsien Malti, speċjalment dwar l-iżvilupp fonoloġiku tal-Malti.

Biblijografija:

- Wightwick J. and M. Gaafar. 2005. Mastering Arabic Script: A guide to handwriting. Palgrave Macmillan.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Classwork SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S Kurstin Gatt

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit