CODE | MAL2022 | ||||||||
TITLE | Il-Morfoloġija Derivattiva tal-Malti | ||||||||
UM LEVEL | 02 - Years 2, 3 in Modular Undergraduate Course | ||||||||
MQF LEVEL | 5 | ||||||||
ECTS CREDITS | 4 | ||||||||
DEPARTMENT | Maltese | ||||||||
DESCRIPTION | It-taqsima għandha tliet partijiet. Fl-ewwel parti nintroduċu l-istudju tal-morfoloġija u nagħtu ħarsa lejn kunċetti bażiċi bħall-morfema, l-allomorfija, l-inflessjoni u d-derivazzjoni. It-tieni parti tiffoka fuq il-verbi fil-Malti, kemm dawk li jaħdmu bil-morfoloġija introflessiva u kemm dawk li jaħdmu bis-sistema konkatenattiva. Mill-analiżi tal-morfoloġija u tas-sintassi tal-forom differenti tal-verb, nippruvaw naslu għar-relazzjonijiet semantiċi tagħhom. Fit-tielet parti nistħarrġu l-għodod morfoloġiċi għat-tnissil tan-nomi fil-Malti billi nduru s-sistema nominali introflessiva u kontenattiva, u nittrattaw kunċetti bħall-ibridiżmu, il-frekwenza u l-produttività tal-għodod morfoloġiċi, bil-għan li naslu għal deskrizzjoni bbilanċjata tal-Malti attwali. Għanijiet tal-Kors: L-għan ta' din it-taqsima hu li l-istudenti japprezzaw ir-rikkezza u l-kumplessità tas-sistema morfoloġika tal-verb u n-nom fil-Malti bħala qafas wieħed li jlaqqa’ flimkien mekkaniżmi morfoloġiċi konkatenattivi u mhux konkatenattivi. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - jagħżlu bejn il-morfoloġija derivattiva u inflettiva; - jagħrfu d-distinzjonijiet semantiċi fil-forom tal-verb u tan-nom fil-Malti; u - japprezzaw u jiddiskrivu iż-żewġ mekkaniżmi morfoloġiċi li l-Malti juża biex inissel forom verbali u nominali differenti. 2. Ħiliet: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - jagħmlu segmentazzjoni morfemika tal-kliem fil-Malti; - jagħmlu analiżi morfoloġika tal-forom verbali u nominali tal-Malti fil-kumplessità tas-sistema ibrida tal-lingwa; - jiddiskutu d-distinzjonijiet semantiċi assoċjati mal-forom u l-affissi nominali u verbali tal-Malti. Biblijografija: Testi Ewlenin: - Aquilina, Joseph (1959) The Structure of Maltese. Malta: L-Università Rjali ta’ Malta, pp. 144-254. - Bezzina, Raffaello (2021) L-Allomorfija fil-Malti. Teżi tal-BA, l-Università ta’ Malta. - Borg, Albert (1988) Ilsienna: Studju Grammatikali. Malta. - Mifsud, Manwel (1996) “The Collective in Maltese”, Rivista di Linguistica, 8.1: 29-51. - Spagnol, Michael (2011) A Tale of Two Morphologies. L-Università ta’ Konstanz, Teżi tad-Dottorat. - Sutcliffe, Edmund (1936) A Grammar of the Maltese Language. Malta: Progress Press. Testi Sekondarji: - Cremona, Anthony (1938) Tagħlim fuq il-Kitba Maltija II. Malta: Lux Press. - Mifsud, Manwel (1995) “The Productivity of Arabic in Maltese” Proceedings of the 2nd International Conference of AIDA. Cambridge. - Spagnol, Michael (2021). Il-Morfoloġija Inflettiva u Derivattiva. l-aċċent, 20, 12-14. |
||||||||
STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||||
METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||
LECTURER/S | Raffaello Bezzina Dwayne Ellul |
||||||||
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years. |