Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL2090

 
TITLE It-Teatru Malti mill-Bidu sa Ebejer

 
UM LEVEL 02 - Years 2, 3 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-kors janaliżża l-oriġini u l-iżvilupp tat-teatru popolari f’Malta matul is-seklu dsatax u jiddiskuti l-kontribut li taw awturi bħal Luigi Rosato, Carmelo Camilleri, Pietru Pawl Castagna u Mikelanġ Borg fil-kuntest tal-iżvilupp tal-kitba bil-Malti u l-kultura popolari Maltija. It-teatrin jiġi studjat bħala istituzzjoni li fuqha nbena ħafna minn dak li wettqu l-prattikanti tat-teatru f’pajjiżna fis-seklu għoxrin.

It-tieni parti tal-unità ta’ studju tiddiskuti l-iżviluppi li seħħew fit-teatru bbażat fuq testi miktubin bil-Malti matul is-seklu għoxrin sal-Indipendenza. Tingħata enfasi lill-isforzi u lill-kitbiet ta’ individwi li fittxew li jirriformaw it-teatru Malti li dehrilhom nieqes mill-valuri artistiċi. Ix-xejriet li ppruvaw jintroduċu nies bħal Ninu Cremona, Erin Serracino Inglott u Ġużè Aquilina jiġu diskussi bħala sforzi, li mhux dejjem irnexxew, biex jinħoloq teatru aktar letterarju. Il-kors jagħlaq b’analiżi tar-Realiżmu u n-Naturaliżmu kif propost minn Ġużè Diacono u Ġużè Chetcuti.

Għanijiet tal-Kors:

Li l-istudenti jiksbu sens kronoloġiku tal-iżvilupp teatrali f’Malta b’referenza għall-esponenti ewlenin tiegħu.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jikkuntrastaw u jikkumparaw stadji differenti fl-evoluzzjoni teatrali.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jevalwaw produzzjonijiet teatrali individwali fl-isfond tal-istorja tat-teatru Malti.

Biblijografija:

Testi Obbligatorji

- Galea, Marco. ed. It-Teatru Malti tas-Seklu Dsatax I-II. Mireva, 1997.
- Cremona, Anton. Il-Fidwa tal-Bdiewa. Progress Press, 1968.
- Chetcuti, Ġużè. Il-Kerrejja. L-Awtur, 1963.
- Diacono, Ġużè. L-Ewwel Jien u Drammi Oħra. Melitensia Publications, 1987.

Testi Supplementari

- Azzopardi, Mario (ed), Kitbiet dwar it-Teatrin. Malta Drama Centre, 2010.
- Brockett, Oscar G. u Franklin J. Hildy (edi) History of the Theatre, Pearson, 2014.
- Diacono, Ġużè. Wara Ibsen. Melitensia Publications, 1972.
- Innes, Christopher (ed) A Sourcebook on Naturalist Theatre. Routledge, 2000.

Testi oħrajn li jista’ jipproponi l-lettur.

 
ADDITIONAL NOTES Reserved for General and Honours students only.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Examination (2 Hours) SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S Immanuel Mifsud

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit