Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL3080

 
TITLE In-Narrattiva Moderna: Minn Camilleri sa Zahra

 
UM LEVEL 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 6

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Ir-Rumanz Modern: Camilleri, Sammut u Sant

It-taqsima tistħarreġ ix-xejriet tematiċi u formali tar-rumanzi Maltin tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin, l-aktar minn meta l-qawmien ta’ kuxjenza letterarja fis-snin sittin wassal biex fin-narrattiva daħlu l-mudelli ewlenin tal-kitba Moderna u ngħata bidu għall-iżvilupp ta’ tematika fundamentali tipika tal-epoka. It-taqsima tistħarreġ il-perjodu fih innifsu bħala esperjenza Maltija u fid-dawl tal-letteratura Ewropea u Amerikana. Dawn huma wħud mill-oqsma mistħarrġa: il-mudelli narrattivi ġodda f’relazzjoni mal-mudelli tradizzjonali, l-istruttura narrattiva, il-kontenut psikoloġiku u politiku, l-istilistika, l-antieroj. Jiġu mistħarrġa r-rumanzi ta’ J.J. Camilleri, Frans Sammut u Alfred Sant.

Ir-Rumanz u n-Novella: Żahra, O. Friggieri, u Spiteri

It-taqsima tkompli tistħarreġ ix-xejriet tematiċi u formali tal-letteratura Maltija tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin. It-taqsima tistħarreġ dan il-perjodu fih innifsu u fid-dawl tal-ġrajja letterarja Maltija kollha. Rumanzi u novelli Maltin Moderni jiġu studjati bħala espressjoni ta’ żmien letterarju ieħor fi ħdan il-letteratura Maltija kif ukoll bħala xhieda tas-sehem fil-letteratura dinjija, u taż-żmien. Xi temi mistħarrġa: reazzjoni kontra l-mudelli ta’ qabel, kif ukoll għarfien ġdid tagħhom: sehem dirett fil-kuxjenza tas-seklu għoxrin; kriżi ta’ identità umana u nazzjonali; l-antieroj u d-dinja ta’ barra. Il-kittieba ttrattati hawn huma: Trevor Żahra, Oliver Friggieri u Lino Spiteri.

Għanijiet tal-Kors:

Li l-istudenti jiskopru l-esperimentazzjoni stilistika u tematika fir-rumanz u n-novella Moderni.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jidentifikaw u japprezzaw ideat u sentimenti ewlenin li jikkaratterizzaw lill-bniedem tas-seklu għoxrin.

2. Ħiliet:
Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jwettqu analiżi b’sens kritiku quddiem realtajiet differenti rrappreżentati fin-narrattiva Moderna.

Biblijografija:

Ir-Rumanz Modern: Camilleri, Sammut u Sant

Qari Bażiku:
- Friggieri, O. (1979) Saġġi Kritiċi. Malta: A.C. Aquilina.
- Friggieri, O. (1995) L-Istudji Kritiċi Miġbura. Malta University Services.
- Cassola, A. (1994) “Il-letteratura u l-poplu”, f’Kungress dwar l-identità Maltija (ed. M. Schiavone), Malta, PIN, 30-49.
- Cassola, A. (2000) “Migration in contemporary Maltese fiction”, f’The Literature of Malta: an Example of Unity in Diversity, Malta, European Commission & Minima Publishers, 138-153.

Testi essenzjali:
- Camilleri, J.J. L-Għar tax-Xitan.
- Sammut, F. Samuraj.
- Sammut, F. Il-Gaġġa.
- Sant, A. L-Ewwel Weraq tal-Bajtar.

Testi supplimentari:

- Camilleri, J.J. Aħna Sinjuri.
- Sammut, F. Paceville.
- Sant, A. Silġ fuq Kemmuna.

Ir-Rumanz u n-Novella: Żahra, O. Friggieri, u Spiteri

Qari Bażiku:
- Friggieri, O. (1995) L-Istudji Kritiċi Miġbura. Malta University Services.
- Adrian Grima, Dominant Metaphors in Maltese Literature, Tezi MA., 2003.
- Adrian Grima, "A Village for an Island: Malta in Frans Sammut’s Novel Samuraj", in Humanitas. Journal of the Faculty of Arts. Ed. Lydia Sciriha. Malta: University of Malta, 1999.

Testi essenzjali:
- Friggieri, O. L-Istramb.
- Friggieri, O. Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri.
- Zahra, T. Ħdejn in-Nixxiegħa.

Testi supplimentari:
- Friggieri, O. Il-Gidba.
- Friggieri, O. Ġiżimin li Qatt ma Jiftaħ.
- Friggieri, O. Hekk Tħabbat il-Qalb Maltija.
- Spiteri, L. Rivoluzzjoni do Minore.
- Zahra, T. Taħt il-Weraq tal-Palm.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Examination (2 Hours) SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S Justine Somerville

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit