Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL3110

 
TITLE It-Teatru Malti mill-Indipendenza sal-Kontemporanji

 
UM LEVEL 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 6

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Din it-taqsima-studju tiddiskuti l-iżviluppi li seħħew fit-teatru f’Malta mill-bidu tal-karriera teatrali ta’ Francis Ebejer (mal-ftuħ mill-ġdid tat-Teatru Manoel fl-1960) sa tmiem is-seklu għoxrin billi tiffoka fuq il-kitbiet bil-Malti li nħolqu biex jinħadmu fit-teatri Maltin. Għal dan il-għan, numru ta’ testi Maltin se jitqiegħdu fid-dawl tal-kurrenti ewlenin tat-teatru Ewropew, bħat-Teatru tal-Assurd kif ippreżentat minn Beckett, Ionesco u Pinter, fost l-oħrajn, u t-Teatru Epiku mniedi minn Bertolt Brecht. Għal dan il-għan, din it-taqsima-studju tibda billi tagħti rendikont iddettaljat tal-iżviluppi filosofiċi fil-bidu u f’nofs is-seklu għoxrin, bħall-eżistenzjaliżmu ta’ Sartre u Camus u t-teoriji ta’ Brecht li kellhom impatt kbir fuq l-iżvilupp teatrali. Dan kollu, imbagħad, jiġi applikat għall-istorja teatrali Maltija mis-snin sittin sal-aħħar snin tas-seklu għoxrin, jiġifieri bix-xogħlijiet ta’ Francis Ebejer u l-bidu tal-karriera awturjali ta’ Alfred Buttigieg.

Għanijiet tal-Kors:

L-għan ta' din it-taqsima-studju huwa li l-istudenti jiksbu sens kronoloġiku u filosofiku tal-iżvilupp teatrali f’Malta bejn il-bidu tas-snin sittin u tmiem is-snin disgħin tas-seklu għoxrin, b’referenza għall-esponenti ewlenin tiegħu.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- jikkuntrastaw u jikkumparaw stadji differenti fl-evoluzzjoni teatrali Maltija;
- josservaw ir-rabta bejn l-Istorja u l-iżvilupp filosofiku u l-effett ta' dawn fuq it-tekniki teatrali;
- josservaw ukoll il-bidliet fl-istil ta' kitba ta' drammaturgi individwali.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- jevalwaw produzzjonijiet teatrali individwali fl-isfond tal-istorja tat-teatru Malti;
- jixtarru d-dinamika bejn it-test miktub u t-test mibdul fi produzzjoni teatrali; - jikkummentaw u jiktbu dwar dawn il-produzzjonijiet b’lingwaġġ akkademiku xieraq.

Biblijografija:

Testi Ewlenin:

- Ebejer, Francis. “Boulevard” f’Id-Drammi ta’ Francis Ebejer II, Lux Press, 1970.
- Ebejer, Francis. Il-Ħadd fuq il-Bejt. Klabb Kotba Maltin, 1997.
- Calleja, Oreste. Erba’ Drammi, Merlin, 1995.
- Sant, Alfred. “Fid-Dell tal-Katidral” f’Fid-Dell tal-Katidral u Drammi Oħra, PEG, 1994.
- Buttigieg, Alfred. Ir-Rewwixta tal-Qassisin, Agius & Agius Ltd, 2003.
- Friggieri, Joe. Mid-Djarju ta’ Sara, Merlin Library, 1998.

Testi Sekondarji:

- Bennett, M.Y. The Cambridge Introduction to Theatre and Literature of the Absurd, Cambridge UP, 2015.
- Camus, Albert. The Myth of Sisyphus, 1942.
- Cremona, Vicki, Galea Marco, Mifsud, Immanuel (edi). It-Teatru f’Malta: Hemm xi Kriżi?, 1998.
- Crowell, Steven (ed). The Cambridge Companion to Existentialism, Cambridge UP, 2012.
- Esslin, Martin. The Theatre of the Absurd, 1962.
- Thomson, Peter, u Sacks, Glendyr (edi). (2007) The Cambridge Companion to Brecht, 2007.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S Immanuel Mifsud

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit