CODE | MAL3142 | ||||||||||||
TITLE | Il-Letteratura mis-Snin 90: It-Teatru | ||||||||||||
UM LEVEL | 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course | ||||||||||||
MQF LEVEL | 6 | ||||||||||||
ECTS CREDITS | 4 | ||||||||||||
DEPARTMENT | Maltese | ||||||||||||
DESCRIPTION | Din it-taqsima studju tiffoka fuq it-Teatru Malti: Drammaturgi u Teatru Sperimentali. Fis-snin tmenin, it-teatru Malti ra żvilupp kbir bil-ħolqien tal-Ateatru u gruppi simili li ħadmu fuq xogħol addattat għall-Malti kif ukoll xogħol oriġinali. Dan il-grupp twieled bħala formazzjoni b’ideali xellugin u fost il-produzzjonijiet li tella’ kien hemm dawk ta’ Bertolt Brecht, Peter Weiss u Dario Fo. Kittieba bħal dawn ħallew l-influwenzi tagħhom fuq bosta drammaturgi Maltin, fosthom Alfred Buttigieg, li għamel l-ewwel ħoss bid-dramm Ir-Rewwixta tal-Qassisin (imnebbaħ minn Weiss) u baqa’ għaddej bix-xogħol tat-teatru fis-seklu 21. It-teatru sperimentali f’Malta ddaħħal minn uħud bħal John Schranz, li oriġinarjament tnebbħu mit-“teatru fqir” ta’ Grotowski li ħadem fuq l-espressjoni permezz tal-ġisem, bil-kelma li ssir azzjoni jew silenzju. Protagonisti oħrajn ta’ dan it-tip ta’ teatru kienu, fost l-oħrajn, Immanuel Mifsud u wara Frank Camilleri, li ħadmu fuq teatru ta’ riċerka bit-test li jinbena mal-atturi bħala parti mill-proċess tal-ħidma tagħhom fil-produzzjoni teatrali. Dawn l-aħħar snin it-teatru Malti beda jara wkoll drammaturgi nisa bħal Simone Spiteri, Clare Azzopardi u Leanne Ellul li qed imissu ma’ tematika differenti minn ta’ qabilhom, fuq kollox għax qed jagħtu iktar vuċijiet lil karattri nisa. F'dan il-kuntest, id-dramm Tebut Isfar (2018) ta' Clare Azzopardi huwa xogħol ta' interess teatrali u tematiku kbir. Għanijiet tal-Kors: L-għan ewlieni ta’ din it-taqsima-studju hu għarfien aġġornat tal-aħħar żviluppi fit-teatru Malti, b’referenza speċjali għal-lingwaġġ il-ġdid li ħoloq. Għan ieħor huwa l-esplorazzjoni ta' estetika postnazzjonalista ta' din il-ġenerazzjoni ta’ drammaturgi u nies tat-teatru. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - Japprezzaw il-fatturi tal-postnazzjonaliżmu u l-globalizzazzjoni li b’xi mod jew ieħor influwenzaw it-teatru tad-drammaturgi ewlenin u t-teatru sperimentali tal-perjodu; - Jagħrfu r-relazzjoni ġdida li din il-ġenerazzjoni ta’ kittieba ħolqot bejn it-teatru l-ġdid u l-udjenzi; - Jaraw it-"test" teatrali kontemporanju skont il-karatteristiċi drammaturġiċi u tematiċi ewlenin tiegħu. 2. Ħiliet: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - Jistħarrġu d-dimensjonijiet postnazzjonali u globalizzati tat-tematika narrattiva ta’ dan il-perjodu; - Jiddistingwu test narrattiv kontemporanju Malti mix-xogħlijiet tal-epoka Romantika, Riformista u Moderna; - Jagħmlu evalwazzjoni komparattiva bejn in-narrattiva barranija u n-narrattiva Maltija tal-istess perjodu. Biblijografija: Qari Bażiku: - Azzopardi, Clare. L-Interdett taħt is-Sodda. Merlin, 2010. - Tebut Isfar. Merlin, 2022. - Alfred Buttigieg, Ippermettili Nitlaq. Klabb Kotba Maltin, 2008. - Mela Hawn Xi Manikomju?, Klabb Kotba Maltin, 2016 - Dwar Menopawsi, Minorenni u Muturi High Speed, Klabb Kotba Maltin, 2012. - Simone Spiteri, Żewġ Drammi: Appuntamenti/Repubblika Immakulata, Simone Spiteri, 2019 u testi oħrajn li jista’ jipproponi l-lettur. Qari Supplementari: - Azzopardi, Mario (2012) (ed) M’Hemmx Bżonn Siparju: Kitbiet Dwar it-Teatru Kontemporanju f’Malta, Malta: Ċentru tad-Drama Mikelanġ Borg - Kelleher, Joe (2009) Theatre and Politics, Londra: Red Globe Press. - Xuereb P. and M. Galea (2017) Curtain Up! Theatre in Malta (1963-2015). Malta: Midsea |
||||||||||||
STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||||||||
METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||||||
LECTURER/S | Immanuel Mifsud |
||||||||||||
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years. |