| CODE | MAL3240 | ||||||||
| TITLE | Il-Letteratura mis-Snin 90: In-Narrattiva | ||||||||
| UM LEVEL | 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course | ||||||||
| MQF LEVEL | 6 | ||||||||
| ECTS CREDITS | 4 | ||||||||
| DEPARTMENT | Maltese | ||||||||
| DESCRIPTION | In-novelli u r-rumanzi tal-awturi li bdew jiktbu fis-snin disgħin tas-seklu 20 jibnu fuq dak li nkiteb mir-Romantiċi, ir-Realisti u l-Moderni, imma jingħażlu minnhom kemm fil-kontenut kif ukoll fl-istil. L-istejjer li jirrakkontaw u l-mod kif jirrakkontawhom jirriflettu esperjenza umana u letterarja li fetħet beraħ l-orizzonti tal-awturi. Dan seħħ mhux biss minħabba li bosta awturi għexu barra jew bdew jivvjaġġaw ta' spiss iżda wkoll għaliex bdew jindirizzaw ukoll udjenzi barranin, fost l-oħrajn permezz tat-traduzzjoni letterarja. Din il-ġenerazzjoni għexet rivoluzzjoni informatika li affettwat mill-qiegħ ir-relazzjoni bejn l-awturi u l-qarrejja tagħhom, il-forom tal-kitba letterarja nfisha u l-kuntatt dirett mal-letteraturi barranin u l-ġrajjiet li għan-nies fil-Punent, iżda mhux biss, saru dejjem aktar “globalizzati.” Il-kors iħares lejn il-firxa ta’ novelliera u rumanziera ta’ din ir-raba’ mewġa ta’ awturi Maltin, u jiffoka fuq awturi bħal Clare Azzopardi, Pierre J. Mejlak, Immanuel Mifsud, Walid Nabhan, Ġużè Stagno, u Alex Vella Gera. Għanijiet tal-Kors: L-għan ewlieni ta’ din it-taqsima studju hu għarfien aġġornat tal-aħħar żviluppi fin-narrattiva Maltija, b’referenza speċjali għal-lingwaġġ il-ġdid li ħolqot. Għan ieħor huwa l-esplorazzjoni ta' estetika postnazzjonalista ta' din il-ġenerazzjoni ta’ kittieba. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - Japprezzaw il-fatturi tal-postnazzjonaliżmu u l-globalizzazzjoni li b’xi mod jew ieħor influwenzaw in-narrattiva tal-perjodu; - Jagħrfu r-relazzjoni ġdida li din il-ġenerazzjoni ta’ kittieba ħolqot bejn it-test u l-qarrejja; - Jaqraw it-test letterarju kontemporanju Malti skont il-karatteristiċi stilistiċi u tematiċi ewlenin tiegħu. 2. Ħiliet: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi: - Jistħarrġu d-dimensjonijiet postnazzjonali u globalizzati tat-tematika narrattiva ta’ dan il-perjodu; - Jiddistingwu test narrattiv kontemporanju Malti mix-xogħlijiet tal-epoka Romantika, Riformista u Moderna; - Jagħmlu evalwazzjoni komparattiva bejn in-narrattiva barranija u n-narrattiva Maltija tal-istess perjodu; Biblijografija: Qari Baziku: - Azzopardi, Clare. Il-Linja l-Ħadra. Merlin, 2006. - Azzopardi, Clare. Kulħadd Ħalla Isem Warajh. Merlin, 2014. - Azzopardi, Clare. Castillo. Merlin, 2018. - Mejlak, Pierre J. Qed Nistenniek Nieżla max-Xita. Merlin, 2009. - Mejlak, Pierre J. Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid. Merlin, 2011. - Mifsud, Immanuel. Stejjer Li Ma Kellhomx Jinkitbu. Klabb Kotba Maltin, 2008. - Mifsud, Immanuel.Fid-Dlam tal-Lejl Ħarisna. Klabb Kotba Maltin, 2016. - Mifsud, Immanuel. Qabel il-Klabb. Klabba Kotba Maltin, 2022. - Nabhan, Walid. L-Eżodu taċ-Ċikonji. Klabb Kotba Maltin, 2013. - Stagno, Ġużè. Inbid ta’ Kuljum. Merlin, 2009. - Vella Gera, Alex. L-Antipodi. L-Awtur, 2010. - Vella Gera, Alex. Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi. Merlin, 2012. Qari Supplimentari: - Boxall, Peter. Twenty-First-Century Fiction: An Introduction. Cambridge UP, 2013. - O’Gorman, Daniel u Robert Eaglestone, edituri. The Routledge Companion to Twenty-First Century Literary Fiction. Routledge, 2019. - Shaw, Kristian. Cosmopolitanism in Twenty-First Century Fiction. Palgrave, 2017. - Triangle Collective. The Palgrave Handbook of Twentieth and Twenty-First Century Literature and Science. Palgrave, 2022 - Callus, Ivan. “Incongruity and Scale: The Challenge of Discernment in Maltese Literature.” www.transcript-review.org - Cilia, Lara. Aspetti narrattivi fin-novelli ta' Pierre J. Mejlak. 2010. L-Università ta’ Malta, teżi tal-BA Unuri. - Galea, Marco u Albert Gatt, “Charting the Centre of the Periphery: A Disclaimer.” www.transcript-review.org - Grima, Adrian. “Works in Search of a Literature.” Panorama and Perspectives. Literary Societies and Literary Museums in Europe. Berlin, 2010. - Nabhan, Walid. ”On Approaching a Language from Outside its Crèche.” www.transcript-review.org - Said, Nicole. Analiżi tad-Diskontinwità fil-Ktieb Il-Linja l-Ħadra ta’ Clare Azzopardi. 2013. L-Università ta’ Malta, teżi tal-BA Unuri. - Somerville, Justine. Il-Kunflitt fin-Narrattiva ta' Pierre J. Mejlak. 2013. L-Università ta’ Malta, teżi tal-BA Unuri. |
||||||||
| STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||||
| METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||
| LECTURER/S | Immanuel Mifsud |
||||||||
|
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |
|||||||||