Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL3241

 
TITLE Il-Letteratura mis-Snin 90: Il-Poeżija

 
UM LEVEL 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 6

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Din it-taqsima studju tħares lejn il-poeżija li nkitbet mis-snin 90 tas-seklu 20 'il quddiem. Fis-snin disgħin tfaċċat ġenerazzjoni ġdida ta’ poeti li bdew jesperimentaw b’linġwaġġ u temi, kif jidher fil-ġabra L-Artist tat-Trapiż ta' Henry Holland (1996), li kienu qegħdin jirriflettu dak li kien qed iseħħ madwarhom u fihom, fost l-oħrajn bħala reazzjoni għall-forom u l-kontenut tal-poeżija Moderna. Din it-tielet mewġa ta’ poeżija bdiet tesplora stili ġodda, uħud minnhom imnebbħin minn kitba barranija, poeżija u proża inqas nazzjonali u aktar kożmopolita. Din l-esplorazzjoni bdiet tidher f’għadd ta’ avvenimenti letterarji pubbliċi, fosthom qari fil-pubbliku, speċjalment wara t-twaqqif ta’ Versarti fl-1985, Inizjamed fl-1998 u Poeżijaplus fl-1999, u bil-ħolqien tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta fl-2006. Is-sehem ta’ dawn il-poeti l-ġodda f’festivals, laboratorji tal-kitba u inizjattivi letterarji oħrajn madwar id-dinja kabbar sew il-firxa tal-udjenza u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Dan il-kors se juża bħala punti ta’ riferiment il-poeżija ta’ poeti bħal John Aquilina, Clifton Azzopardi, Norbert Bugeja, Antoine Cassar, Simone Galea, Claudia Gauci, Adrian Grima, Henry Holland, Simone Inguanez, Immanuel Mifsud, Nadia Mifsud, u Karl Schembri.

Għanijiet tal-Kors:

L-għan ewlieni ta’ din it-taqsima-studju hu għarfien aġġornat tal-aħħar żviluppi fil-poeżija Maltija, b’referenza speċjali għal-lingwaġġ il-ġdid li ħolqot. Għan ieħor huwa l-esplorazzjoni ta' estetika postnazzjonalista li ta' din il-ġenerazzjoni ta’ kittieba.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- Japprezzaw il-fatturi tal-postnazzjonaliżmu u l-globalizzazzjoni li b’xi mod jew ieħor influwenzaw il-poeżija tal-perjodu;
- Jagħrfu r-relazzjoni ġdida li din il-ġenerazzjoni ta’ kittieba ħolqot bejn it-test u l-qarrejja;
- Jaqraw it-test letterarju kontemporanju Malti skont il-karatteristiċi stilistiċi u tematiċi ewlenin tiegħu.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- Jistħarrġu d-dimensjonijiet postnazzjonali u globalizzati tat-tematika poetika ta’ dan il-perjodu;
- Jiddistingwu test poetiku kontemporanju Malti mix-xogħlijiet tal-epoka Romantika u Moderna;
- Jagħmlu evalwazzjoni komparattiva bejn il-poeżija barranija u l-poeżija Maltija tal-istess perjodu.

Biblijografija:

Qari Bażiku:

- Aquilina, J.(2010) Leħnek il-Libsa Tiegħi. Malta: Edizzjoni Skarta
- Bugeja, N. (2009) Bliet. Malta: Emma Delezio
- Cassar, A. (2017) Erbgħin Jum, Ede Books
- Galea, S. (2011) Xi Drabi Mqar Persuna. Malta: KKM
- Gauci, C. (2012) Sekonda Qabel Tqum. Edizzjoni Skarta
- Grima, A. (2006) Rakkmu. Malta: KKM
- Grima, A. (2015) Klin u Kapriċċi Oħra. Malta: KKM
- Holland, H. (1996) L-Artist tat-Trapiż Malta: L-awtur
- Inguanez, S. (2005) Ftit Mara Ftit Tifla. Malta: KKM
- Mifsud, I. (1998) Fid-Dar ta' Clara. Malta: L-awtur
- Mifsud, I. (2001) Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri. Malta: L-awtur
- Mifsud, I. (2013) Penelopi Tistenna. Malta: KKM
- Mifsud, I. (2016) Ħuta. Malta: KKM
- Mifsud, N. (2021) Varjazzjonijiet tas-Skiet. Malta: Ede Books
- Schembri, K. (2013) Passju taħt ix-Xita. Malta: Horizons.
u testi oħrajn li jista’ jipproponi l-lettur.

Qari Supplimentari:

- Azzopardi, K. (2012) “Il-Kontrapassaport ta' Antoine Cassar.” Teżi tal-BA Unuri. L-Università ta’ Malta
- Borg, Jean Paul. Ma’ Kull Qatra Semm li Sqejtna mal-Mejda: il-Piż tal-Familja fil-Poeżija ta’ Antoine Cassar. 2019. L-Università ta’ Malta, teżi tal-BA (Unuri).
- Cassar, A. “Malta’s Jonah Complex.” www.transcript-review.org
- Demarco, Mattea. Stajna Għażilna l-Kapriċċ tal-Imħabba”: Il Poeżija Soċjopolitika ta’ Adrian Grima, 2022. L-Università ta’ Malta, teżi tal-BA (Unuri)
- Monteforte, V. (2005) “Scritture Maltesi Contemporanee.” Tesi di Laurea (Antropologia), Università degli Studi di Roma La Sapienza.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM1 Yes 50%
Presentation SEM1 Yes 50%

 
LECTURER/S Immanuel Mifsud

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit