Stedina għall-konsultazzjoni pubblika
Il-Kumitat tal-Esperti tal-Midja, maħtur skont it-termini tar-referenza tal-Inkjesta Pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, se jkun qiegħed jorganiżża konferenza għar-riforma tal-midja bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika.
Il-konferenza, li se ssir fil-15 ta’ Frar, għandha l-għan li tifli l-abbozzi ta’ liġijiet li l-Gvern ippreżenta fil-Parlament li jinkludu: Riformi kostituzzjonali, tibdil fil-liġi tal-libelli u midja, liġi anti-SLAPP, tibdil fil-Kodiċi Kriminali u tibdil ieħor legali bl-għan li tiżdied il-protezzjoni tal-midja u l-ġurnalisti.
Il-Kumitat se juża din il-konferenza biex jisma’ l-proposti u l-ħsibijiet tal-istakeholders u atturi oħra interessati fis-settur.
Iktar dettalji dwar il-konferenza se jkunu qed jitħabbru fiż-żmien li ġej.