Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1488
Title: Prietki qodma ta' Mifsud : kontribut għad-dizzjunarju storiku
Authors: Gauci, Marie
Keywords: Mifsud, Ignazio Saverio, 1722-1773 -- Sermons
Sermons, Maltese -- Linguistics
Maltese language -- Religious aspects
Dictionaries -- Maltese-English
Maltese language -- Dictionaries -- Early works to 1800
Issue Date: 2014
Abstract: Għal sekli sħaħ il-Maltin kellhom jittolleraw l-ħakkiem li impona fuqhom il-lingwa tiegħu. Kien fil-bidu tas-seklu dsatax meta bdiet tinħass il-ħtieġa sabiex il-Malti jibda jinkiteb bħal kull lingwa oħra. Għalkemm il-maġġoranza tal-Maltin kienu illitterati u dawk tal-klassi għolja biss kienu jafu jiktbu u jaqraw, dan ma tellifx lil ftit nies kolti milli jippruvaw irawmu l-idea biex il-kitba bil-Malti tinfirex fost il-poplu, speċjalment fost il-kittieba fix-xogħlijiet tagħhom. Uħud mix-xogħlijiet li għandna f'idejna l-aktar dawk li jaslu lura sa epoki sħaħ qabel, juru l-importanza tal-Malti fil-qasam ligwistiku u anke dak kulturali f'pajjiżna. (Cassar Pullicino, Il-Kitba bil-Malti sal-1870, ix) Waħda mir-raġunijiet għaliex tħajjart nikteb it-teżi fuq dan is-suġġett hija minħabba l-fatt li l-lingwistika Maltija u kif żviluppat matul iż-żminijiet minn dejjem kienu jinteressawni. Iżda matul dan il-kors ħadt aktar interess fuq dan il-qasam, sakemm is-Sur Olvin Vella ħajjarni nagħmilha fuq il-prietki ta' Ingazio Saverio Mifsud li jmorru lura għas-seklu tmintax, żmien meta l-lingwa Maltija bilfors kienet differenti mil-lum. It-teżi ser tinqasam fi tliet kapitli. Fl-ewwel parti nsibu r-riċensjonijiet kritiċi fuq dak li diġa sar f'dan il-qasam, fejn naraw x'inhi prietka, il-lingwaġġ użat u kif mill-bidu minħabba li ma kienx hawn kitba fissa kienet problema għall-kittieba u predikaturi biex jiktbu dak li jridu jesprimu bil-Malti, allura kienu jinqdew bl-użu tal-lingwi barranin. Irreferejt ukoll għal xi teżijiet li diġa saru kemm fuq il-prietki ta' Mifsud u anke dawk fuq il-prietki ġenerali. Wara rajt min kien Ignazio Saverio Mifsud u xi wħud minn xogħlijietu. Fit-tielet kapitlu għamilt id-dizzjunarju fuq tliet prietki minn ta' Mifsud fejn għamilt l-analiżi lingwistika tagħhom u analizzajt il-kliem li f'teżijiet oħrajn ma ngħatawx billi qassamthom f'tabelli differenti. Fl-aħħar nett rajt x'kienu d-differenzi fil-qasam morfoloġiku, fonoloġiku ortografiku, lessikali u stilistiku. L-għan tiegħi hu li flimkien mat-teżijiet l-oħra li diġa saru fuq il-prietki ta' dan il-predikatur jinġabar dizzjunarju b'dan il-kliem li jgħin għat-tiftix ta' xi studji u xogħlijiet oħrajn rigward il-Malti antik.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1488
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
14BAMAL020.pdf
  Restricted Access
14BAMAL0201.39 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.