Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/17391
Title: | In-nomi verbali fil-Malti |
Authors: | Ellul, Leanne |
Keywords: | Maltese language -- Noun Maltese language -- Verb Maltese language -- Morphology |
Issue Date: | 2016 |
Abstract: | In-nomi verbali kumplessi għax għandhom min-nomi u mill-verbi. F’din it-teżi nagħti deskrizzjoni morfoloġika sinkronika tan-nomi verbali fil-Malti. Nikkunsidra l-introflessivi trilitteri bħal bews u l-kwadrilitteri bħal tkaxkir kif ukoll il-konkatenattivi bħal ipparkjar. Biex nagħmel din l-analiżi kwantitattiva u kwalitattiva nistrieħ fuq evalwazzjoni mill-qrib ta’ korp ta’ nomi verbali miġbura mid-Dizzjunarju Malti-Ingliż ta’ Aquilina, stħarriġ ta’ familjarità mal-kelliema tal-Malti u eżempji mill-Korpus MLRS. Nistħarreġ għadd ta’ aspetti tipiċi tan-nomi verbali fosthom il-forom nominali, il-forom ibridi, in-nomi qraba, is-sekwenzi vokaliċi, il-ġens u l-għadd. Billi nidentifika aspetti komuni tan-nomi verbali abbażi ta’ dawn il-kriterji, niddifferenzja bejnhom u kategoriji grammatikali oħra. Hekk, niżen ukoll ir-relazzjoni tan-nomi verbali mal-verbi. Dawn il-kunsiderazzjonijiet jgħinuni nagħti titwila lejn il-valur lessikali tan-nomi verbali. Abbażi ta’ kriterji morfoloġiċi, imma anke sintattiċi u semantiċi, inqiegħed in-nomi verbali fuq skala: minn dawk li joqorbu laktar lejn in-nomi u jiġu intrepretati bħala riżultat konkret għal dawk li joqorbu l-aktar lejn il-verbi u jiġu interpretati bħala proċess. |
Description: | M.A.MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/17391 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2016 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
16MAMAL002.pdf Restricted Access | 9.84 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy | |
16MAMAL002 In-Nomi Verbali fil-Malti - ġabra.xlsx Restricted Access | 1.56 MB | Microsoft Excel XML | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.