Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/25452
Title: Il-metodologija tal-mudelli u l-forom tal-verb semitiku fil-lezzjonijiet tal-Malti fis-sekondarja
Authors: Muscat, John Paul
Keywords: Maltese language -- Verb
Maltese language -- Study and teaching (Secondary) -- Malta
Maltese language -- Grammar
Issue Date: 2017
Abstract: Fuq livell teoretiku u dak prattiku, din ir-riċerka tanalizza t-tħaddim tal-mudelli u l-forom tal-Verb Semitiku matul il-lezzjonijiet tal-Malti fuq firxa ta’ erba’ skejjel sekondarji differenti madwar Malta. Il-Forom tal-Verbi Semitiċi jinkludu l-istrutturi trilitteri, kif ukoll dawk kwadrilitteri. Fuq livell teoretiku, trattajt: il-letteratura relatata mal-wirt Semitiku fil-Malti; l-integrazzjoni tal-Verbi Semitiċi; it-Trilitteriżmu; il-Kwadrilitteriżmu; u l-Mudelli u l-Forom tal-Verbi. Fuq dan il-livell, ipprovdejt ukoll istruzzjonijiet ċari flimkien ma’ pakkett ta’ noti biex dan l-istudju jkun jista’ jitqiegħed fil-prattika. Fuq livell prattiku, iffukajt fuq l-aspett pedagoġiku ta’ dan l-istudju b’kollaborazzjoni mas-Sillabu preżenti tal-Malti tas-SEK. Dan l-istudju huwa mmirat sabiex: jipprovdi linji gwida għat-tagħlim tal-istrutturi tal-verbi trilitteri u kwadrilitteri mal-klassijiet tat-tielet u r-raba’ sena tas-sekondarja; jeżamina l-pedagoġija tal-għalliema; janalizza d-diffikultajiet u l-kumplessitajiet fit-tagħlim li l-għalliema u l-istudenti l-iżjed jiltaqgħu magħhom f’dan il-qasam; jistħarreġ l-attitudnijiet, l-istrateġiji, u l-metodi tat-tagħlim; kif ukoll ir-riżorsi użati mill-għalliema fit-tagħlim tal-mudelli u l-forom. L-istudju huwa ta’ natura kwalitattiva għaliex bħala għodda ewlenija għażilt il-kwestjonarju li kien jinkludi għadd ta’ mistoqsijiet miftuħa u magħluqa. Ħmistax-il għalliem/a tal-Malti f’erba’ skejjel differenti mlew il-kwestjonarju u t-tweġibiet ġew analizzati bir-reqqa. Il-kwestjonarju kien immirat sabiex jistħarreġ l-għanijiet ewlenin ta’ dan l-istudju.
Description: B.ED.(HONS)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/25452
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BED089.pdf
  Restricted Access
2.82 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.