Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/3701
Title: | Il-Perspettiva tal-għalliema u l-istudenti dwar is-sillabu tal-Malti għall-eżami taċ-ĊES |
Authors: | Cutajar, Maria (2011) |
Keywords: | Education, Secondary -- Malta Perspective Teachers Students |
Issue Date: | 2011 |
Abstract: | Din id-dissertazzjoni se tistħarreġ il-perspettivi tal-għalliema u l-istudenti dwar is-sillabu tal-Malti għall-eżami taċ-ĊES bl-għan li tagħti leħen lil dawn il-parteċipanti li jistgħu joffru kontribut siewi fid-dawl tas-sillabu tal-Malti fil-ħames sena fil-livell sekondarju. Dan l-istudju sar f'erba' skejjel tal-istat u erba' skejjel tal-Knisja. Sabiex niġbor l-informazzjoni, għamilt użu mit-teknika trijangolari, fejn intużaw kemm metodi kwantitattivi kif ukoll metodi kwalitattivi. Bħala metodu kwantitattiv għamilt użu mill-kwestjonarju filwaqt li bħala metodu kwalitattiv għamilt użu mill-intervista. Mir-riżultati miksuba jidher li jinħass il-bżonn li s-sillabu jiffoka iktar fuq il-ħtiġijiet tal-istudenti u li l-għalliema jkollhom iktar sehem fit-tfassil tas-sillabu nnifsu. Barra minn hekk, jidher ċar li kemm l-għalliema kif ukoll l-istudenti jemmnu li s-sillabu tal-Malti għall-eżami taċ-ĊES huwa vast wisq u li ħafna drabi jispiċċaw jagħmlu ġirja mal-ħin biex jilħqu jlestu l-kontenut kollu sal-ġurnata tal-eżami. Kemm l-għalliema kif ukoll l-istudenti jaqblu li l-ħiliet u l-oqsma kollha tal-ilsien Malti għandhom jingħataw l-istess importanza fis-sillabu, biex ma' tmiem l-edukazzjoni sekondarja jkunu kisbu għarfien tajjeb ta' kull ħila u qasam. Dwar it-testi letterarji jinħass il-bżonn li dawn ikunu magħżula minn persuni li jkollhom għarfien sod u mifrux tal-letteratura biex ix-xogħol li jintgħażel ikun addattat għall-adolexxenti. Dan l-istudju jagħlaq b'xi suġġerimenti biex jitjieb it-tfassil tas-sillabu għall-eżami tal-Malti fil-livell taċ-ĊES. |
Description: | B.ED.(HONS) |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/3701 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2011 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
11BED051.pdf Restricted Access | 1.62 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.