Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/41750
Title: Il-Getsemni
Authors: Silvju
Keywords: Garden of Gethsemane (Jerusalem)
Gardens -- Jerusalem
Jesus Christ -- Betrayal
Issue Date: 1956
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Silvju. (1956). Il-Getsemni. Lehen l-Art Imqaddsa, 2(2), 46-48.
Abstract: Nisthajjluna li qeghdin Gerusalem u sejrin naghmlu zjara lil Getsemni. Nohorgu mill-belt minn bieb jismu Bab Sitti Mirjam, li jixbah hafna lil dak il-bieb ta' l-Imdina li jaghti ghal gewwa l-foss fejn jilghabu l-football (u ghax tghid! Bhalu wkoll, fuq gewwa fih il-kamra ta' l-ghassa) . Kif nohorgu, fuq il-lemin taghna naraw xatba u 'l isfel minnha hajt tas-sejjieh gholi, li minn wa rajh jixref il-bajtar tax-xewk. Max-xellug, hajt tas-sellieh ukoll, baxx, u 'l fuq minnu bicca art xorija. It-triq dejqa, kollha trab u zrar fis-sajf, jew tajn u ghadajjar fix-xitwa . Fl-art qatt ma jinbet haxix, ghax Gerusalem art mielha, u wara x-xita ma jinbetx haxix bhal ma jinbet fis-sqaqien tar-raba ta' Malta. Nibqghu sejrin u naqbdu triq kbira bl-asfalt. Ninzlu maghha. Fuq ix-xellug naraw wied b'hafna sigar ihaddru, li hu l-gnien tal-Griegi Ortodossi. Induru mal-lemin, dejjem ghan-nizla, u nibqghu nimxu. Quddiemna naraw knisja ckejkna: il-knisja ta' San Stiefnu tal-Griegi. Ma' genbha hemm bicca tarag maqtugh fil-blat, li hu fdal tat-tarag li fi zmien Gesu mill-wied kien jiehu ghat-Tempju. Minn dak it-tarag tala' kemm-il darba Gesu u fuqu wkoll il-Lhud haggru lil San Stiefnu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/41750
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Ghadd 02 : April-Gunju : 1956
Lehen l-Art Imqaddsa : Ghadd 02 : April-Gunju : 1956

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-Getsemni_1956.pdf4.26 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.