Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100313
Title: Ir-Rev. Dr Nicholas Doublet
Other Titles: Gabra ta’ dak li ntqal waqt il-Konferenza f’gheluq il-mitt sena mill-Kostituzzjoni tal-1921
Authors: Doublet, Nicholas Joseph
Keywords: Church and state -- Malta
Freedom of religion -- Malta
Anniversaries -- Malta
Malta -- Politics and government -- History
Issue Date: 2021
Publisher: L-Ufficcju tal-President
Citation: Doublet, N. J. (2021). Ir-Rev. Dr Nicholas Doublet. In Ufficcju tal-President (Ed.), Gabra ta’ dak li ntqal waqt il-Konferenza f’gheluq il-mitt sena mill-Kostituzzjoni tal-1921 (pp. 29-33). Attard: L-Ufficcju tal-President.
Abstract: Grazzi, Eċċellenza, li qed tagħtini din l-opportunità sabiex nirrifletti anki fuq – kif diġà aċċennaw għaliha – ir-relazzjoni bejn il-Knisja u l-Istat fid-dawl tal-Kostituzzjoni tal-1921 u anki kif żviluppat fid-deċennji ta’ wara. “Ir-reliġjon ta’ Malta hija r-Reliġjon Kattolika Appostolika Rumana”. Hekk għadha tgħid u tirrifletti l-Kostituzzjoni tagħna sal-lum, u din tajjeb ngħidu li kienet id-dikjarazzjoni prinċipali li l-Assemblea Nazzjonali ressqet hija u tiddiskuti l-abbozz fuq il-Kostituzzjoni fl-1919, kif bdew jiddiskutu l-abbozz tal-Kostituzzjoni. Wara ħafna diskussjonijiet, kif ġie deskritt u anki studjat maġisterjalment – hawnhekk insellimlu – mill-Eċċellenza Tiegħu l-Monsinjur Arċisqof f’pubblikazzjoni li ħarġet is-sena li għaddiet u mill-Professur Grima, u anke mill-Professur Mangion hawnhekk preżenti, li kitbu lkoll fuq dan is-suġġett, l-Assemblea Nazzjonali aċċettat din id-dikjarazzjoni, li għadha tifforma parti mill-Kostituzzjoni tagħna; dikjarazzjoni li kienet issuġġerita minn ekkleżjastiku, mill-Mons. Panzavecchia, fit-tieni abbozz tal-Kostituzzjoni. Jidher ċar li din id-dikjarazzjoni – u hawnhekk dak li rrid noħroġ illum – ma teskludi bl-ebda mod dak li tant hu għażiż għalina: il-prinċipju tat-tolleranza. Dan kien f’moħħhom b’mod ċar, u anki l-għarfien tad-dritt għal-libertà tal-kuxjenza u tal-kult. [Silta]
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100313
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheCHPPA

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ir-Rev_Dr_Nicholas_Doublet_2021.pdf112.23 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.