Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101244
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2022-08-31T07:12:50Z-
dc.date.available2022-08-31T07:12:50Z-
dc.date.issued2004-
dc.identifier.citationBuhagiar, P. A. (2004). Strutturi narrativi fir-rumanz Malti (Doctoral dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101244-
dc.descriptionPH.D.MALTESEen_GB
dc.description.abstractB'kollox din it-teżi fiha sitt kapitli li l-ewwel erbgħa minnhom jiffokaw fuq għadd ta' rumanzi kull wieħed, filwaqt li l-aħħar żewg kapitli jiffokaw fuq rumanz partikolari kull wieħed, jigifieri Leli ta' Ħaż-Żgħir ta' Guże Ellul Mercer u Il-Gaġġa ta' Frans Sammut rispettivament. L-ewwel kapitlu, imlaqqam "il-Meladarba'', jiffoka fuq il-bidu ta' erba' rumanzi: Tejbilhom Ħajjithom ta' John Francis Marks, Taħt Tliet Saltniet ta' Guże Aquilina, Nirien ta' Mħabba ta' Guże Chetcuti u Samuraj ta' Frans Sammut. F'rumanzi ppubblikati oriġinarjament fi żminijiet ferm differenti minn xulxin, toħroġ it-tendenza li n-narraturi rispettivi jippruvaw jinnegozjaw ftehim partikolari mal-qarrej fil-paragrafi inizjali. In-narraturi jidhru jibnu fuq dak li l-qarrej ġab miegħu minn barra t-test imma fl-istess ħin tidher fihom ix-xewqa li jiffurmaw lill-qarrej fl-immaġini tagħhom. Xi narraturi fl-erba' rumanzi kkunsidrati jixtiequ b'mod ċar li kull qari ieħor isir fid-dawl ta' dak li qalu huma. Din ix-xewqa tidher żviluppata sewwa fit-tliet rumanzi diskussi fit-tieni kapitlu, jiġifieri Inez Farruġ ta' Anton Manwel Caruana, Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka ta' Juann Mamo u Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri ta' Oliver Friġġieri. Hawnhekk il-ħtieġa ta' l-awtur tat-test li jbiddel b'mod radikali l-enċiklopedija tal-qarrej reali tiegħu tidher fl-istruttura kollha tar-rumanzi. In-narratur jidher bħala leħen b'viżjoni u ħafna drabi hu wieħed mill-protagonisti tar-rumanz. [...]en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 20th centuryen_GB
dc.subjectNovelistsen_GB
dc.subjectMalta -- Fictionen_GB
dc.titleStrutturi narrativi fir-rumanz Maltien_GB
dc.typedoctoralThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorBuhagiar, Paul A. (2004)-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
PH.D._Buhagiar Paul A._2004.pdf
  Restricted Access
18.69 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.