Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/102311
Title: Il-ħolqien ta' pakkett ta' riżorsi għas-sillabu l-ġdid tal-livell taċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja : il-poeżiji ta' Dun Karm u r-rumanzi
Authors: Bezzina, Martina (2021)
Keywords: Karm, Dun, 1871-1961 -- Study and teaching (Secondary) -- Malta
Maltese poetry -- Study and teaching (Secondary) -- Malta
Maltese fiction -- Study and teaching (Secondary) -- Malta
Maltese poetry -- Malta -- Outlines, syllabi, etc.
Maltese fiction -- Malta -- Outlines, syllabi, etc.
SEC (Educational test)
Issue Date: 2021
Citation: Bezzina, M. (2021). Il-ħolqien ta' pakkett ta' riżorsi għas-sillabu l-ġdid tal-livell taċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja: il-poeżiji ta' Dun Karm u r-rumanzi (Master's dissertation).
Abstract: Din it-teżi tiffoka fuq il-ħolqien ta’ pakkett tar-riżorsi għat-tagħlim tal-letteratura tas-sekondarja speċifikament għaż-żewġ taqsimiet tal-letteratura: il-poeżiji ta’ Dun Karm u s-siltiet mir-rumanzi, sabiex isservi ta’ għajnuna għall-għalliema bħala għodda edukattiva għall-istudenti li se jagħtu l-eżami tal-Malti fil-livell taċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (ĊES) mis-sena 2025. Ir-riżorsi magħmulin bil-ħsieb li jimmotivaw lill-istudenti, iħeġġuhom iħobbu aktar ’l ilsienna u jiżviluppaw funzjonijiet mentali ogħla billi l-letteratura tinbidel f’esperjenza personali li tagħnihom bħala bnedmin. Għalhekk huwa maħsub li dawn ir-riżorsi jittellgħu fuq is-sit uffiċjali tad-Dipartiment tal-Malti fi ħdan id-Direttorat tal-Kurrikulu u l-Assessjar biex hekk ikunu aċċessibbli kemm għall-għalliema kif ukoll għall-istudenti. Sabiex jinħolqu riżorsi utli ġiet mistħarrġa letteratura li titkellem dwar it-tagħlim b’mod ġenerali, it-tagħlim talletteratura, it-tagħlim permezz tar-riżorsi u t-tagħlim relatat mas-sillabu l-ġdid taċ-ĊES li dawn ilkoll kienu ta’ gwida għall-ħolqien tar-riżorsi. Il-pakkett tar-riżorsi jinkludi sbatax-il riżorsa; riżorsa għall-ħmistax-il test misjub fiż-żewġ taqsimiet tal-letteratura u waħda għal kull taqsima bħala reviżjoni. Ir-riżorsi ppreżentati huma varjati u jinkludu kemm riżorsi tradizzjonali bħal leħħiet u karti tat-taħriġ, kif ukoll riżorsi diġitali bħal logħob diġitali u preżentazzjonijiet. Barra minn hekk ir-riżorsi huma mħejjija għall-ogħla livell tal-kwalifika tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki (QMK) u kull waħda tiffoka fuq kisba partikolari.
Description: MTL(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/102311
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
21MTL08.pdf7.37 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.