Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/102362
Title: L-attitudnijiet tal-għalliema tal-Malti lejn il-multikulturaliżmu u l-klassijiet multikulturali
Authors: Ciantar, Elysia (2021)
Keywords: Maltese language -- Study and teaching (Secondary) -- Malta
Multicultural education -- Malta
Maltese teachers -- Malta -- Attitudes
Issue Date: 2021
Citation: Ciantar, E. (2021). L-attitudnijiet tal-għalliema tal-Malti lejn il-multikulturaliżmu u l-klassijiet multikulturali (Master's dissertation).
Abstract: Din it-teżi tistħarreġ l-attitudnijiet tal-għalliema tal-Malti lejn il-multikulturaliżmu u l-klassijiet multikulturali. Ħassejt li dan is-suġġett għandu jingħata importanza minħabba li r-riċerka turi li l-attitudnijiet tal-għalliema huma komponenti kritiċi fil-proċess tat-tagħlim (Gay, 2010:216; Srivastava, Bhat u Walia, 2018:96; Vázquez-Montilla, Just u Triscari, 2014:577). Infatti, l-attitudnijiet tal-għalliema jinfluwenzaw il-mod kif iġibu ruħhom lgħalliema fil-klassijiet u l-pedagoġija li jaddottaw. Dawn l-attitudnijiet setgħu jiġu mistħarrġa permezz ta’ sitt intervisti semistrutturati li saru ma’ sitt għalliema tal-Malti li esperjenzaw it-tagħlim fi klassijiet multikulturali. Minn dawn l-intervisti deher it-tħassib tal-għalliema lejn il-multikulturaliżmu minħabba d-diffikultajiet li qegħdin isibu biex jgħallmu fi klassijiet multikulturali kif ukoll l-importanza ta’ tħejjija tajba għall-għalliema kollha u mhux biss għal dawk l-għalliema li jkunu ser jgħallmu klassijiet tal-Malti bħala Lingwa Barranija, liema klassijiet huma mmirati għall-istudenti migranti jew għal dawk l-istudenti li jkollhom lil xi ħadd mill-kustodji mingħajr karta tal-identità Maltija. Permezz ta’ dawn l-intervisti ġew ukoll analizzati xi strateġiji jintużaw mill-għalliema tal-Malti biex jilħqu lill-istudenti kollha fi klassijiet multikulturali. Is-sejbiet minn din ir-riċerka jindikaw li għad fadal ħafna xi jsir fis-settur edukattiv sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ studenti minn kulturi diversi mingħajr il-ħtieġa li nissegregaw lil dawn l-istudenti minn mal-istudenti Maltin.
Description: MTL(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/102362
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
21MTL27.pdf
  Restricted Access
1.42 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.