Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/102439
Title: Ir-riżorsi pedagoġiċi għat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija : perspettivi u fehmiet kritiċi tal-istudenti barranin
Authors: Mizzi, Gabriel (2021)
Keywords: Maltese language -- Study and teaching -- Malta
Maltese language -- Study and teaching -- Foreign speakers
Students, Foreign -- Malta -- Attitudes
Issue Date: 2021
Citation: Mizzi, G. (2021). Ir-riżorsi pedagoġiċi għat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija: perspettivi u fehmiet kritiċi tal-istudenti barranin (Master's dissertation).
Abstract: Fil-klassi tal-lum, l-għalliema għandhom aċċess għal diversi riżorsi pedagoġiċi li jistgħu jagħmlu l-esperjenza tat-tagħlim iżjed pożittiva b’mod speċjali meta l-istudenti jkunu qed jitgħallmu lingwa barranija bħal fil-każ tal-Malti bħala Lingwa Barranija. Madanakollu, il-qofol tat-tagħlim jitlaq minn żewġ riżorsi ċentrali, l-għalliema u l-istudenti (Westrup u Baker, 2005). L-għalliema huma determinanti biex bl-għarfien tagħhom jagħmlu użu għaqli minn riżorsi multimodali sabiex mhux biss jattiraw lill-istudenti lejn is-suġġett li jkun qed jiġi mgħallem imma kontinwament jinvolvu lill-istudenti fil-lezzjonijiet sabiex l-istudenti jibqgħu dejjem fiċ-ċentru. Minn dan il-ħsieb nibtet din it-teżi. F’din it-teżi ffukajt fuq it-tagħlim talMalti bħala Lingwa Barranija, speċifikament fuq il-fehmiet kritiċi u l-perspettivi tal-istudenti barranin fuq ir-riżorsi pedagoġiċi li jintużaw waqt il-lezzjonijiet tal-MLB. Permezz ta’ għoxrin kwestjonarju u ħames intervisti, li saru ma’ studenti barranin li qed jitgħallmu l-Malti bħala Lingwa Barranija, fittixt li nifhem l-esperjenzi u l-perspettivi tagħhom fuq ir-riżorsi pedagoġiċi u l-MLB. Mid-data li ġbart jidher li fil-klassi tal-MLB qed ikun hemm enfażi fuq l-istess mode, li huwa l-lingwa. Is-suġġerimenti multimodali li ħejjejt għal dan ix-xogħol għandhom l-għan li fil-klassi tal-MLB ikunu użati modi oħra li permezz tagħhom jista’ jseħħ tagħlim iżjed ta’ pjaċir. Dan għandu jgħin biex l-istudenti jħossuhom fiċ-ċentru tal-lezzjoni tal-MLB u jaraw it-tagħlim tal-lingwa tal-pajjiż li qed jgħixu fih bħala esperjenza pożittiva iżjed milli jassoċjawh ma’ xi ħaġa diffiċli u negattiva. L-għan ta’ dan huwa li l-lezzjoni tkun tal-istudenti daqskemm tkun tal-għalliema, u dan isir meta l-istudenti jkunu fiċ-ċentru tal-proċess tat-tagħlim.
Description: MTL(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/102439
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
21MTL56.pdf
  Restricted Access
20.08 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.