Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/102589
Title: Dwar is-salvazzjoni ta’ ommna n-natura u t-twaħħid magħha
Authors: Young, Niki
Keywords: Philosophy of nature
Human ecology -- Philosophy
Ontology -- Philosophy
Object (Philosophy)
Harman, Graham, 1968- -- Criticism and interpretation
Issue Date: 2020
Publisher: Pubblikazzjonijiet Dumnikani
Citation: Young, N. (2020). Dwar is-salvazzjoni ta’ ommna n-natura u t-twaħħid magħha. Knisja Elfejn, 32(131), 25-31.
Abstract: Ġaladarba l-qagħda ekoloġika preżenti mhix eżattament fl-istat li wieħed jixtieqha, spiss nisimgħu lil min jisħaq li jeħtiġilna “insalvaw ’l Ommna n-Natura”, li “aħna ħaga waħda man-Natura”, jew li rnexxielna “neqirdu n-Natura”. Moħbija f’dawn l-asserzjonijiet hemm żewġ presuposizzjonijiet impliċiti: jew li hemm qasma fundamentali li tissepara l-bniedem min-Natura (u minħabba f’hekk li aħna waħedna rridu nkunu biex insalvaw ’l “Ommna n-Natura”), jew li teżisti relazzjoni essenzjali bejn il-bniedem u n-Natura (u għalhekk li aħna mxebbilkin man-Natura). Min-naħa tiegħi, jidhirli li dawn iż-żewġ presupposizzjonijiet huma problematiċi immens, għax it-tnejn jitilqu mill-assunzjoni li hemm żewġ tipi differenti ta’ entitajiet, u tnejn biss, jiġifieri l-bniedem fuq naħa u kulma jibqa’ fuq oħra, u li dawn iż-żewġ tipi ta’ entitajiet jeħtieġu jew tqarrib medjazzjonali (mediational bridging) (fil-każ tal-ewwel pożizzjoni), jew huma dejjem konġunti (f’tat-tieni). Il-filosfu Amerikan Graham Harman isejjaħ pożizzjonijiet simili “onto-tassonomiċi”. It-tifsira ta’ dan it-terminu ser tingħata aktar ’l isfel.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/102589
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtPhi

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Dwar is salvazzjoni ta ommna n natura u t twahhid maghha 2020.pdf241.66 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.