Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/103757
Title: Dom Mintoff : l-istampa u x-xandir
Other Titles: Duminku Mintoff : bejn storja u miti
Authors: Sammut, Carmen
Keywords: Mintoff, Dom, 1916-2012
Journalism -- Malta
Politics, Practical -- Malta
Broadcasting -- Malta
Issue Date: 2012
Publisher: Horizons Publications
Citation: Sammut, C. (2012). Dom Mintoff : l-istampa u x-xandir. In Grech, S. (Ed.), Duminku Mintoff : bejn storja u miti (pp. 159-191). Qormi: Horizons Publications.
Abstract: Ir-relazzjoni bejn il-Perit Duminku Mintoff u l-midja jeħtieġ inqisuha f'kuntest Mediterranju. F'dan ir-reġjun, sa tmiem is-seklu għoxrin, u anke wara, il-ġurnaliżmu u l-politika baqgħu marbuta ma' xulxin. Din ir-rabta hija frott ta' partiti politiċi bi strutturi pjuttost tradizzjonali Ii joperaw f'pajjiżi fejn id-demokrazija waslet card; fejn l-ekonomija bdiet tiehu r-ruh u tiddiversifika mis-snin sittin lil hawn u fejn it-taqtigħat lejn is-sekularizzazzjoni għadhom realta sal-ġurnata tal-lum. Għalhekk Malta, bħall-bqija tal-Ewropa Mediterranja, għandha midja Ii hija 'pluralista u polarizzata'. Iżda waqt Ii fil-pajjiżi ġirien tagħna dan jgħodd l-aktar għall-istampa, f'Malta għandna doża partiġjana aktar karga mindu fl-1991 il-partiti tħallew jiftħu l-istazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni biex ixandru l-aġenda tagħhom. F'dan il-kapitlu se nfissru kif Mintoff wassal il-messaġġ politiku tiegħu fil-kuntest ta' żmienu. Minħabba r-rwol tiegħu fuq firxa rwila ta' snin, diffiċli tagħmel studju komprensiv għalkollox. Il-punti msemmija f'dan l-istudju se jkunu msejsa l-aktar fuq intervisti oriġinali Ii ġbart matul is-snin ma' diversi esponenti fil-ġurnalizmu u minn dokumenti oriġinali mill-arkivji. Nirreferi wkoll għal bosta pubblikazzjonijiet relevanti.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/103757
ISBN: 9789995738167
Appears in Collections:Scholarly Works - FacMKSMC

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Dom_Mintoff_l_istampa_u_x_xandir_2012.pdf
  Restricted Access
1.28 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.