Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/103781
Title: Konferenza għall-għaqda nazzjonali 2021
Authors: Sammut, Carmen
Keywords: Nationalism -- Malta
Dramatic unities
Malta -- History
Mass media -- Malta
Issue Date: 2021
Publisher: Office of the President of Malta
Citation: Sammut, C. (2021). Konferenza għall-għaqda nazzjonali 2021. Retrieved from https://www.facebook.com/PresidentofMalta/videos/471720000648125/
Abstract: B’inizjattiva tal-President ta’ Malta George Vella saret il-Konferenza għall-Għaqda Nazzjonali. Din il-pjattaforma għal diskussjoni matura ġiet organizzata b’mod ibridu, kemm f’żewġ swali tal-Palazz Verdala kif ukoll permezz tal-midja soċjali. Id-diskussjoni kienet xprunata minn numru ta’ personalitajiet minn diversi xejriet tal-ħajja inklużi l- Prof. Carmen Sammut, il-Prof. Simone Borg, il-Prof. Andrew Azzopardi, il-Perit David Xuereb, is- Sur Mario Fava, is-Sur Reno Bugeja u s-Sur Aleks Farrugia. Ipparteċipaw ukoll bosta individwi u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi u entitajiet, kemm mis-swali tal-Palazz Verdala kif ukoll onlajn. Fil-ftuħ tal-konferenza, il-President esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li t-tħabbir innifsu li kienet se tittieħed din l-inizjattiva qanqal diskussjoni pubblika. Filwaqt li spjega l-ħsieb tiegħu li dan ikun spazju fejn kulħadd ikun jista’ jsemma leħnu, il-President iddeskriva l-konferenza bħala l-bidu ta’ proċess li l-għan tiegħu huwa li, l-ewwel u qabel kollox, jirnexxielna nikxfu u niskopru dak kollu li jifridna, u niddiskutuh b’mod miftuħ bla preġudizzju, u b’għan kostruttiv. Il-President esprima x-xenqa tiegħu li l-konferenza twassal għal qbil dwar liema huma l-kwistjonijiet li jifirduna, sabiex it-tieni pass ikun li nkunu umli biżżejjed biex naqblu kif nistgħu, flimkien, nagħmlu l-almu tagħna biex insewwu s-sitwazzjoni.
Link to Video: Open Access
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/103781
Appears in Collections:Scholarly Works - FacMKSMC

Files in This Item:
There are no files associated with this item.


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.