Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/104762
Title: Aktar xogħol ta’ restawr u manutenzjoni
Other Titles: Il-pjaneta ta Dun Luċjan
Kwadru tal-Qalb ta’ Cesu’
Il-Gandlier tal-blandun
Il-Bibien tal-kor tal-knisja l-qadima
Il-kampnar tal-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena
In-niċċa ta’ San Ġwann
Authors: Parish Church of St. John the Baptist, Rotunda (Xewkija, Malta)
Keywords: Parish Church of St. John the Baptist, Rotunda (Xewkija, Malta) -- Conservation and restoration
Church decoration and ornament -- Conservation and restoration -- Malta -- Xewkija
Church furniture -- Conservation and restoration -- Malta -- Xewkija
Debono, Luċjan, 1895-1984 -- Associated objects
Zahra, Francesco Vincenzo, 1710-1773
Chapel of St. Bartholomew and Our Lady of Mercy (Xewkija, Malta) -- Conservation and restoration
Niches (Architecture) -- Malta -- Xewkija
John, the Baptist, Saint -- Niches (Architecture)-- Conservation and restoration -- Malta -- Xewkija
Xewkija (Malta) -- History
Gozo (Malta) -- History
Issue Date: 2021
Publisher: Xewkija : Parroċċa San Ġwann Battista
Citation: Parish Church of St. John the Baptist, Rotunda (Xewkija, Malta). (2021). Aktar xogħol ta’ restawr u manutenzjoni. Gourgion : [festa San Ġwann Battista, Xewkija] 2021. Xewkija : Parroċċa San Ġwann Battista, 67-71.
Abstract: Il-pjaneta ta Dun Luċjan Din is-sena kompliet il-ħidma ta’ restawr u manutenzjoni fuq diversi oġġetti u opri artistiċi li insibu fil-parroċċa tax-Xewkija. L-ewwel opra li ġiet restawrata kienet il-pjaneta ta’ Dun Luċjan Debono, li kien saċerdot f’din il-parroċċa. Huwa twieled fil-25 ta’ Mejju 1895 u miet fis-6 ta’ Ġunju 1984. Minħabba l-użu, il-pjaneta kienet ġarrbet il-ħsarat kbar u għalhekk inħass il-bżonn li jsir it-tasport tad-deheb tagħha fuq lama ġdida. Kwadru tal-Qalb ta’ Ġesu’ Il-kwadru tal-Qalb ta’ Ġesu li kien jagħmel parti mill-knisja il-qadima li llum jinsab fil-Mużew tal-Iskultura. Il-kwadru kien nħademfl-iskola ta’ Francesco Zahra fis-seklu tmintax. Il-Gandlier tal-blandun Il-Gandlier tal-blandun maħdum fl-injam u kien jintuża fi żmien l-Għid, ġie restawrat minn Joseph Vella. Dan il-gandlier jingħad li kien jintuża fil-knisja l-qadima sa mill-bidu tagħha. Il-Bibien tal-kor tal-Knisja l-qadima Il-bibien tal-kor tal-Knisja l-qadima li illum jinsabu fil-Mużew tal-Iskultura, ġew restawrati mid-Ditta PrevArti b’inizjattiva bħala parti mir-Restoration Funding Scheme 2020. Il-kampnar tal-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena Il-kampnar tal-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena ġie restawrat fl-2019, u barra li nbidel il-ġebel li kien hemm miksur jew bil-melħ, ġiet imnaddfa il-faċċata tal-knisja minn imsiemer u ħadid, u sar salib ġdid għal fuq il-kampnar. It-tinqix fil-ġebel sar minn Ġaużepp Xerri, waqt li tqegħid tal-ġebel sar minn Ġanni Farrugia. It-tikħil sar minn John Azzopardi u il-proġett kien afdat f’idejn il-Perit Joe Dimech. In-niċċa ta’ San Ġwann In-niċċa ta’ San Ġwann Battista ġiet restawra fl-okażżjoni tal-175 sena minn meta waslet l-istatwa . Saru diversi xogħlijiet f’dan il-proġett ta’ tisbiħ, fosthom xogħol fil-gwarniċi u l-induratura tal-ornamenti, fejn intużaw folji tad-deheb 24 karat, waqt li l-figura tal-Ispirtu s-Santu ġiet indurata b’folji tad-deheb abjad (Paledium). Saru xogħlijiet fuq il-ħajt, bħal irfinar u żebgħa tan-niċċa u ġie nstallat dawl ġdid b’sistema LED maħdum fl-Italja u sistema ta’ ventilazzjoni biex tipproteġi l-istatwa mill-umdita’.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/104762
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCFAVA
Parish of St. John the Baptist. Gourgion

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Aktar xogħol ta’ restawr u manutenzjoni.pdf3 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.