Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/105128
Title: Sehem Arthur Barbaro-Sant fil-Partit Demokratiku Nazzjonalista (PDN) tal-avukat Herbert Ganado
Authors: Grech, Sergio
Keywords: Ganado Herbert, 1906-1979
Malta -- Politics and government -- History -- British occupation, 1800-1964
Malta -- Politics and government -- History -- 20th century
Malta Labour Party
Partit Laburista -- History
Partit Nazzjonalista (Malta)
Mintoff, Dom, 1916-2012
Barbaro-Sant, Arthur, Count, 1936-2001
Politicians -- Malta -- History -- 20th century
Partit Demokratiku Nazzjonalista -- History
Political parties -- Malta -- History
Elections -- Malta -- History -- 20th century
Issue Date: 2018
Publisher: Mosta : Soċjetà Filarmonika Nicoló Isouard
Citation: Grech, S. (2018). Sehem Arthur Barbaro-Sant fil-Partit Demokratiku Nazzjonalista (PDN) tal-avukat Herbert Ganado. Festa Santa Marija Mosta, 2018, 326-327, 329-333
Abstract: Il-leġislatura ta’ bejn l-1955 u l-1958 kienet ta’ diżappunt għall-Partit Laburista kif ukoll għall-Partit Nazzjonalista. Għall-Partit Laburista għaliex il-gvern immexxi minnu ma kompliex it-terminu kollu minħabba numru ta’ ċirkustanzi fosthom ksur fir-relazzjonijiet mal-Ingilterra, u għall-Partit Nazzjonalista għaliex il-partit inqasam fi tnejn, u fil-pajjiż l-elettorat Nazzjonalista sab żewġ partiti Nazzjonalisti minn fejn jagħżel. It-tnejn li huma b’aġendi differenti. Il-partit ilkbir fiċ-ċirkustanzi kellu x’jitlef. Dik il-leġislatura rat il-falliment tal-proposta tal- Prim Ministru Duminku Mintoff li Malta tkun integrata fir-Renju Unit: proposta li għan-Nazzjonalisti ma kinitx tagħmel sens imma għal-Laburisti ntrabtet malgħajxien aħjar fejn issemma diskors ta’ pagi b’disa’ liri fil-ġimgħa u t-tmiem dejjiemi għall-kapitlu talemigrazzjoni li kienet qed tiżvina lill-kolonja Maltija u tisraqha mill-aqwa ħiliet umani li kellha. Dik il-proposta tal-Integrazzjoni ġabet għadd ta’ ħalel, fosthom l-akkuża mill-Avukat Herbert Ganado, li kien attiv fil-PN, li l-mexxej Nazzjonalista Ġorġ Borg Olivier, li kien sar Kap tal-Partit fl-1950, ma kienx qed ikun biżżejjed assidwu u iebes lejn il-politika ta’ Mintoff. Fuq kollox saret l-akkuża li Borg Olivier kien dittatur f’dik li hi tmexxija tal-partit u li hu kien l-alfa u l-omega għax jiddeċiedi kollox hu. Mil-lat l-ieħor, Dr Ganado kien qed ikun attakkat ukoll li dik il-frattarija kollha kien qed jagħmilha minħabba għira fil-konfront ta’ Borg Olivier, u għaliex kien qed jippretendi li jkun mexxej hu minfloku. Kien hemm min raha bħala ambizzjoni personali.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/105128
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCPSPIPAMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Sehem_Arthur_Barbaro_Sant_fil_Partit_Dem (1).pdf1.71 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.