Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106088
Title: | Il-kriżi ekoloġika |
Other Titles: | Theddid u Sfidi Dinjija |
Authors: | Pace, Paul J. |
Keywords: | Ecology Bible. Genesis Creation Evolution |
Issue Date: | 2008 |
Publisher: | Pubblikazzjonijiet Dumnikani |
Citation: | Pace, P. J. (2008). Malta: Pubblikazzjonijiet Dumnikani. In P. R. Gatt (Ed.), Knisja 2000 : Theddid u Sfidi Dinjija, 86, 69-75. |
Abstract: | FI-ewwel artiklu tal-Kredu nistqarru Ii nemmnu " ... I' Alla l-Missier Ii jista' kollox Ii ħalaq is-sema u I-art". Din l-espressjoni popolari, ripetuta wkoll fl-ewwel vers tal-Ġenesi, tfisser Ii Alla li ħalaq kollox " ... dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx'. Għalkemm, Alla ma kellux bżonn tal-ħolqien għall-glorja tiegħu, il-ħolqien hu xhieda tanġibbli tal-kobor t'Alla. Il-ħolqien hu prodott ta' l-imħabba u t-tjieba t' Alla; opportunita Ii permezz tagħha Alla ried jagħti żvog għall-imħabba kbira tiegħu. Kien għalhekk Ii Alla ħalaq il-bniedem fuq xbieha tiegħu; ħalli jkun jista' joffrilu dan ir-rigal sabiex jamministrah b'għaqal u b'imħabba (Gen 2:15). Minħabba li skont il-pjan t'Alla l-bniedem kellu jkompli fejn li ħalla Alla - jigifieri Ii b'għemilu jġedded wiċċ l-art-l-awtur ta' l- ewwel kapitlu tal-Ġenesi jpinġi lill-bniedem bhala l-qofol tal-ħolqien. Mhux ta' b'xejn Ii l-kapitlu jgħalaq billi jippreżenta lil Alla jħares " .. . lejn kull ma kien għamel, u, ara, kollox kien taijeb ħafna" (Gen 1 :31). Imbagħad it-tieni kapitlu jibda billi juri lil Alla jistrieħ mill-biċċa xogħol li kien wettaq (Gen 2:2) għax issa seta' jħalli kollox f'idejn il-bniedem - li bħala amministratur responsabbli jaħdem u jhares il-ħolqien (Gen 2:15). " ... mhux talli m'hemmx kunflitt bejn il-bniedem u l-ambjent talli hemm relazzjoni dejjiema Ii fiha l-ambjent jikkundizzjona l- ħajja u l-iżvilupp tal-bniedem; filwaqt Ii, bl-attivita kreattiva tiegħu, il-bniedem jipperfezzjona u jtejjeb l-ambjent." |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106088 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacEduMSE |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Il_kriżi_ekoloġika_2008.pdf | 155.93 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.