Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106090
Title: Il-bijodiversità : wirt uniku komuni
Other Titles: L-annimali fuq l-aġenda nisranija
Authors: Pace, Paul J.
Keywords: Biodiversity
Biotic communities
Natural resources
Evolution (Biology)
Issue Date: 2004
Publisher: Pubblikazzjonijiet Dumnikani
Citation: Pace, P. J. (2004). Il-bijodiversità : wirt uniku komuni. In P. R. Gatt (Ed.), Knisja 2000 : L-annimali fuq l-aġenda nisranija, 67, 3-9.
Abstract: L-ebda ħaġa ħajja ma tista' tgħix għal rasha. Kull ħlejqa tgħix f'interazzjoni kumplessa ma' ħlejjaq oħra u ma' l-ambjent Ii tgħix fih. Ngħidu aħna, biex jgħix, il-pitirross għandu bżonn Ii jsib l-insetti biex jiekol Ii min-naħa tagħhom għandhom bżonn Ii jsibu l-pjanti Ii minnhom jieklu u Ii fihom ibejtu. Minbarra dan, il-pitirross għandu bżonn ta' pittirrossi ohra bħalu Ii magħhom jitgħammar jew jiġġieled għat-territorju tiegħu. Min-naħa tiegħu l-pitirross hu ikel għat-tajr tal-priża Ii jikkaċċjah. U biex dawn il-ħlejjaq kollha jibqgħu ħajjin għandhom bżonn ta' klima partikulari, ilma, arja u pajsaġġ Ii joffrilhom il-kenn. Dan Ii għedna għall-pitirross japplika għal kull ħlejqa Ii hawn madwama ... żgħira kemm hi żgħira jew kbira kemm hi kbira. Ilkoll għandhom funzjoni partikulari u lkoll marbutin flimkien b'xi mod. Kollox maħdum bħal mużajk fejn kull biċċa mhux talli għandha postha imma hi importanti biex il-mużajk kollu jagħmel sens. Din is-somma sħiha ta' interazzjonijiet bejn il-ħlejjaq u l-ambjenti tagħhom hi magħrufa bħala Ekosistema. Din hi l-karatteristika tal-ħajja kif nafuha alina fuq din il-pjaneta tagħna: il-varjeta u l-interazzjoni tal-forom kollha tal-ħajja u l-ambjenti Ii jgħixu fihom. ls-Summit Dinji dwar l-Ambjent u l-iżvilupp (Rio de Janeiro, 1992) jiddefenixxi dan il-kunċett bħala Bijodiversita. Fi ftit kliem bijodiversita hi kunċett Ii jiġbor fih il-varjazzjonijiet Ii jeżistu bejn individwi ta' l-istess speċi, il-miljuni ta' t-tipi (l-ispeċi) differenti ta' ħlejjaq u dawk il-postijiet fejn jgħammru dawn il-ħlejjaq kollha.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106090
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEduMSE

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_bijodiversita_wirt_uniku_komuni_2004.pdf140.78 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.