Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1061
Title: Uzu tal-lingwa f Haz-Zebbug
Authors: Bonanno, Maria
Keywords: Sociolinguistics -- Malta -- Zebbug
Language and languages
Linguistics -- Malta
Issue Date: 2014
Abstract: L-iskop ewlieni ta' din it-teżi huwa li nanalizza l-użu tal-varjetajiet skont il-pronvenjenza ġeografika tal-kelliem. Barra minn hekk, huwa fl-interess tiegħi wkoll li nosserva jekk l-okkażjonijiet varji li wieħed jiltaqa' magħhom fl-ħajja ta' kuljum għandhomx effett fuq l-aġir soċjolingwistiku tal-informant. Dan għamiltu billi staqsejt mistoqsijiet rigward l-użu tal-varjetà f'sitwazzjonijiet differenti. Għaldaqstant, ridt nara jekk dawk li jsostnu li jużaw varjetà partikolari ngħidu aħna d-djalett jużawhx ukoll pereżempju waqt il-ħin tax-xogħol jew inkella mas-superjuri tagħhom. Din it-tip ta' mistoqsija twassalna għal mistoqsija oħra li tinvolvi l-frekwenza tal-varjetà li biha jitħaddet l-individwu. Ir-raġuni għalfejn iseħħ il-qlib minn varjetà għall-oħra mhux dejjem tinvolvi tweġiba ċara u diretta. Għalkemm ħafna mid-drabi l-għażla tal-varjetà fit-taħdit hija influwenzata minn fatturi differenti, l-għan ta' dan l-istudju huwa li josserva x'effett għandhom uħud minn dawn il-varjabbli b'mod speċjali dak tal-ġeografija fuq l-imġiba tal-persuna. L-informazzjoni personali rigward l-informanti kienet utli sabiex nitkixxef dwar xi aspetti li bħal dak ġeografiku kienu ta' relevanza fl-għażla tal-varjetà. Bħal dak tal-età, il-varjabbli tas-sess inżamm stabbli matul din ir-riċerka sabiex ikun hemm kontroll fuq id-data. Xi punti ta' diskussjoni li tqajmu matul din ir-riċerka jinvolvu mistoqsijiet bħall-: X'inhi l-pożizzjoni tad-djalett, tal-Ingliż u tat-taħlit bejn il-Malti Standard u d-djalett fis-soċjetà Żebbuġija? X'influwenza għandhom il-ġenituri, l-edukazzjoni tal-kelliem u fatturi oħra fl-għażla tat-taħdit? Dawk li jgħixu f'żona partikolari huma iktar suxxettibbli għall-bidla minn dawk li jgħixu f'żoni oħra? U xi ngħidu dwar il-fattur tas-sess. Huwa veru li f'Ħaż-Żebbuġ jeżistu djaletti differenti? U jekk iva, fuq liema bażi ser niddeterminaw jekk dan id-djalett huwiex Żebbuġi jew le? Minbarra l-interess tiegħi f'dawn il-fatturi, kont interessata wkoll li nara jekk dak li qalu Attard u Caruana fi studju partikolari rigward l-użu tal-lingwa f'Ħaż-Żebbuġ għadux japplika għaż-żmien tal-lum. Perὸ dawn il-punti ser niddiskutihom fid-dettall meta niġi għad-diskussjoni tar-riżultati.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1061
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
14BAMAL006.pdf
  Restricted Access
14BAMAL0063.27 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.