Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106119
Title: | Id-damaxxena ta' Malta |
Other Titles: | Storja u spiritwalità |
Authors: | Camilleri, Charló Lobina, Walter |
Keywords: | Church of Our Lady of Damascus, tal-Griegi (Valletta, Malta) Christian art and symbolism Christian art and symbolism -- Malta Mary, Blessed Virgin, Saint -- Devotion to -- Malta Damascus, Our Lady of -- Legends |
Issue Date: | 2011 |
Publisher: | CAK |
Citation: | Camilleri, C., & Lobina, W. (2011). IId-damaxxena ta' Malta. Malta: CAK. |
Abstract: | Aħna u mmorru lura fiż-żmien, filwaqt li nsieħbu l-ikona miqjuma fil-pellegrinaġġ tagħha, insibu ruħna bejn is-seklu XI u s-seklu XII. Hawn listorja u l-leġġenda jitħalltu flimkien. Huma l-ewwel żrieragħ li minnhom nibet mit li baqa’ marbut tax-xbieha miqjuma li fuqha qegħdin niktbu. Skont it-tradizzjoni, qabel il-Kruċjati, tissemma ikona “magħrufa” tal-Imqaddsa Omm Alla f’monasteru Sirjan. It-tradizzjoni tgħid li din hi waħda mill-ħafna ikoni jew xbihat veri li pinġa San Luqa u li ħadha lejn il-monasteru ta’ Sajjidnaja (Sidtna) ċertu raħeb Teodoru, devot kbir ta’ Omm Alla, li kellu wkoll il-grazzja li jara f’dehra lill-Verġni Mqaddsa. Hawn ukoll storja u leġġenda jitħalltu flimkien. Wara xi studji li saru m’ilux, wieħed jaħseb li aktarx likona tad-Damaxxena, li naraw f’Malta llum, hi dik l-istess waħda li r-raħeb Teodoru kien ħa lejn il-monasteru wara vjaġġ li kien għamel flArt Imqaddsa, u li nkitbet b’amar tal-Badessa Marina. Sa mill-bidu jissemmew xi għeġubijiet li saru minn Omm Alla permezz ta’ din ixxbieha qaddisa. Teodoru, li kien miġbud qatigħ lejn l-ikona, xtaq kieku jżommha għalih. Iżda l-ikona ma ħallitux jitlaq mill-monasteru qabel ma telaqha minn idejh u ħallieha hemm, f’dak limkien qaddis, magħżul minn Omm Alla għallqima tagħha. Il-Professur David Talbot Rice (1903-1972), wara r-restawri, fl-1968 wera lapprezzament tiegħu għall-ikona Damaxxena, bħala “ħaġa ta’ ġmiel kbir u importanza storika, barra milli hi dak li kienet minn dejjem, espressjoni ta’ fidi.” Skont il-Prof. Rice, l-ikona ta’ Sidtna Marija ta’ Damasku saret għallanqas minn 50-100 sena qabel dik ta’ Sidtna Marija ta’ Vladimir (sek. XII). Iż-żewġ ikoni huma tat-tip Eleusa, iżda l-Vladimirskaya ġiet minn Kostantinopli filwaqt li fid-Damaxxena naraw rifless tal-arti monastika tal-Kappadoċja. [Silta] |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106119 |
ISBN: | 9789995730048 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacTheMT |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Id-Damaxxena_booklet(2011).pdf Restricted Access | 466.95 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.