Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106195
Title: | L-istruttura u l-uffiċjali tal-fraternità - skeda 10 |
Authors: | Camilleri, Charló |
Keywords: | Jesus Christ -- Biblical teaching Carmelites -- Spiritual life Jesus Christ -- Words Secularization (Theology) Carmelites. Third Order |
Issue Date: | 2022 |
Publisher: | Carmelite Fathers |
Citation: | Camilleri, C. (2022). L-Istruttura u l-Uffiċjali tal-Fraternità - skeda 10. Il-Karmelu, 87(2), 20-21. |
Abstract: | “Ħadd ma jqiegħed l-inbid il-ġdid f’damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella l-inbid jifqa’ d-damiġġani, u jintilef kemm l-inbid u kemm id-damiġġani. Iżda nbid ġdid jitqiegħed f’damiġġani ġodda!” (Mk 9:14-17). Dan il-kliem ta’ Ġesù minbarra li min-naħa l-waħda jurina l-ħtieġa tat-tiġdid fil-forom li fihom inżommu tajjeb l-inbid tal-fidi, min-naħa l-oħra wkoll jitfgħalna dawl fuq il-verità li mingħajr strutturi f’posthom u b’saħħithom l-inbid it-tajjeb jinsab fil-periklu li jintilef. Għaldaqstant huwa meħtieġ li f’kollox, il-valuri tagħna, inħarsuhom permezz ta’ strutturi adatti, bħalma ħwejjeġ li jiswew nerfgħuhom f’posthom u mkejjen adatti sabiex ma jitnawrux u ma jitħassrux. Ġesù drabi oħra jġib l-eżempju tat-teżor tal-qalb li importanti jitqiegħed “fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu.” (ara Mt 6:19-23). Jekk dan jgħodd għall-ħwejjeġ materjali kemm aktar jgħodd għall-ħwejjeġ tar-ruħ! |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106195 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacTheMT |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
L-Istruttura_u_l-Uffiċjali_tal-Fraternità_skeda(2022).pdf | 1.93 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.