Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106378
Title: Laqgħat ta' formazzjoni
Other Titles: Skeme 1
Authors: Camilleri, Charló
Keywords: Carmelites. Third Order
Carmelites -- Spiritual life
Secularization (Theology)
Third orders
Carmelites -- Rules
Mount Carmel, Our Lady of
Issue Date: 2020
Publisher: Carmelite Fathers
Citation: Camilleri, C. (2020). Laqgħat ta' formazzjoni. Il- Karmelu, 85(1), 24-25.
Abstract: Ir-Regola tat-Terz’Ordni Karmelitan Sekulari tamar lill-imsieħba fit-Terz’Ordni Karmelitan (TOK) sabiex jiltaqgħu regolarment għal-laqgħa tal-Fraternità li fiha kull Karmelitan Sekulari għandu “jsib sostenn għall-mixja spiritwali” (Regola 42). Ir-Regola tkompli billi tispeċifika li l-ħajja fit-TOK “trid tiddi bħala sempliċi u ġenwina; kull komunità għandha tkun fuklar tal-aħwa, li fiha kull wieħed iħossu f’daru, milqugħ, magħruf, apprezzat, imħeġġeġ fit-triq, kultant imwiddeb bi mħabba u attenzjoni.” (Regola 43). U għaliex it-Terzjarji huma msejħin biex “jimpenjaw ruħhom ħalli jaħdmu flimkien mal-membri l-oħra tal-Familja Karmelitana u mal-Knisja kollha, sabiex din twettaq is-sejħa tagħha missjunarja f’kull sitwazzjoni u kondizzjoni.” (Regola 43). Fi żminijietna, bit-tiġdid tat-Teoloġija dwar il-Knisja u s-sejħa Nisranija fiha għall-qdusija, nippreferu nitkellmu minn Ordni Karmelitan Sekulari (OKS) iktar milli TOK. Dan sabiex juri iktar il-verità li kull imsieħeb huwa Karmelitan bis-sħiħ. Għaldaqstant, ir-Regola tinsisti li l-kandidati jissieħbu għax hemm sejħa, hemm vokazzjoni. Hija u tispjega r-rabta mal-Karmelu mbagħad titkellem minn konsagrazzjoni. Dan jurina li t-terzjarju mhuwiex biss devot tal-Madonna tal-Karmnu. Iktar minn hekk huwa Karmelitan skont l-istat sekulari tiegħu jew tagħha u jintrabat mal-Ordni bil-Professjoni wara snin ta’ formazzjoni. Għaldaqstant, dan kollu jitfa’ fuq kulħadd ir-responsabbiltà li jifforma ruħu sewwa u jaħsibha sewwa qabel jitlob li jissieħeb. Ir-responsabbiltà wkoll taqa’ fuq il-Moderaturi, l-Assistenti Spiritwali u l-Kunsilli tal-Fraternitajiet sabiex jaċċettaw biss fi ħdanhom persuni li huma verament imsejħin għall-ħajja u l-Kariżma Karmelitana. Għal min hu devot tal-Madonna tal-Karmnu hemm il-Kitba fil-Konfraternità tal-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106378
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheMT

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Laqgħat_ta__formazzjoni(2020).pdf1.03 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.