Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106380
Title: | Laqgħat ta’ formazzjoni - skema 2 |
Authors: | Camilleri, Charló |
Keywords: | Carmelites -- Spiritual life Carmelites. Third Order Secularization (Theology) Carmelites -- History Carmelites -- Rules |
Issue Date: | 2020 |
Publisher: | Carmelite Fathers |
Citation: | Camilleri, C. (2020). Laqgħat ta’ Formazzjoni - Skema 2. Il-Karmelu, 85(2), pp. 22-23. |
Abstract: | Il-laqgħa regolari tal-Fraternità tat-Terz’Ordni Karmelitan Sekulari hija l-espressjoni tal-vokazzjoni tal-Karmelitani Sekulari. Għaldaqstant hija importanti u essenzjali għall-ħajja fit-Terz’Ordni għax hija l-forma konkreta li permezz tagħha l-Karmelitan Sekulari jgħix id-dimensjoni fraterna tal-kariżma Karmelitana. Il-ħajja fraterna mhijiex għażla fil-Karmelu, minkejja li hemm diversi forom ta’ kif tista’ tingħax. Sa mit-twaqqif tal-Ordni Karmelitan, San Albert ġabar in unum collegium lill-eremiti tal-Karmelu u għaldaqstant il-fraternità hija parti essenzjali mill-ħajja Karmelitana li kull min hu msieħeb fil-Karmelu, ikun f’liema stat jew ordni jkun ta’ tisħib, irid jgħixha. Ir-Regola TOK għandha dawn il-paragrafi speċifiċi dwar il-ħajja fil-fraternità li tajjeb jiġu mhux biss studjati fil-fraternità iżda wkoll imqegħdin fil-prattika u użati fid-dixxerniment dwar il-kandidat li jitlob li jissieħeb fil-fraternità. Magħhom għandna wkoll in-normi tal-istatuti li jagħtu linji prattiċi għall-għejxien tal-fraternità. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106380 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacTheMT |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Laqgħat_ta’_Formazzjoni_-_Skema_2(2020).pdf | 1.05 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.