Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106668
Title: Għajnuniet tal-Mostin lill-Knisja u lil dawk li kienu foqra bejn l-1641 u l-1742
Authors: Bonnici, Alexander
Keywords: Mosta (Malta) -- History -- 17th century
Mosta (Malta) -- History -- 18th century
Parish Church of the Assumption, 1614-1871 (Mosta, Malta)
Beneficiaries -- Malta -- Mosta -- History
Wills -- Malta -- Mosta -- History
Distribution of decedents' estates -- Malta -- Mosta -- History
Chapels -- Malta -- Mosta -- History
Issue Date: 2004
Publisher: Mosta : Soċjetà Filarmonika Nicoló Isouard
Citation: Bonnici, A. (2004). Għajnuniet tal-Mostin lill-Knisja u lil dawk li kienu foqra bejn l-1641 u l-1742. Festa Santa Marija Mosta, 2004, 206-207
Abstract: Qegħdin żmien meta l-Mosta kienet fost l-ifqar irħula ta' Malta. Kienu mitt sena li matulhom il-Mostin ma kellhomx ħlief il-knisja parrokkjali biex jattendu fiha għad-dmirijiet tagħhom bħala insara. Ftit knejjes oħra kien hemm. Imma kienu kważi dejjem magħluqin. Fihom, bil-għajnuna ta' xi dħul minn legat, kienet tiġi cċelebrata xi quddiesa jew tnejn matul is-sena. Il-poplu ma kienx jgħix ħlief mill-biedja. Imma l-għelieqi ma kienux jirrendu daqs kemm kien mixtieq. Huma bil-ħniena kien ikollhom biex jipprovdu l-għajxien għall-familji tagħhom. Kienu familji numerużi; imma mhux inqas minn nofs it-trabi li kienu jitwieldu ma kienux jgħixu. Ħafna kienu jmutu b'mard fl-imsaren. Min-naħa l-oħra, il-popolazzjo.n i kienet qed tikber. Il-knisja parrokkjali - li l-arkitett tagħha kien Tommaso Dingli - kienet ilha li tlestiet mis-sena 1619. Imma, billi l-popolazzjoni baqgħet tikber, malajr bdiet tidher żgħira. Ħadd ma kellu l-kuraġġ jaħseb għal knisja akbar għaliex flus ma kienx hemm. Dawn huma intietef ta' storja tul mitt sena: 1641 - 1742.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106668
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCWHMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ghajnuniet tal-Mostin.pdf1.45 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.