Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106964
Title: Feliċjan Bezzina : bil-linka tfawwar poeżiji
Authors: Camilleri, Charlò
Keywords: Maltese literature -- 21st century
Maltese poetry -- 21st century
Authors, Maltese -- 21st century
Issue Date: 2022
Publisher: Horizons Publications
Citation: Camilleri, C. (Ed.) (2022). Bil-linka tfawwar - Poeżiji ta' Feliċjan Bezzina. Malta: Horizons Publications.
Abstract: P. Feliċjan kellu f’moħħu jippublika l-poeżiji f’għaxar taqsimiet ta’ tmenin poeżija l-waħda. Dawn il-poeżiji huwa kitibhom f’medda ta’ għoxrin sena bejn l-1978 u l-1998. F’dak iż-żmien f’pajjiżna kien għaddej aktarx wieħed mill-aktar żminijiet kreattivi u għammiela fejn tidħol il-letteratura. Insemmu t-twaqqif tal-Moviment Qawmien Letterarju fl-aħħar tas-Sittinijiet u bidu tas-Sebgħinijiet, li wassal għall-inbiet ta’ awturi li taw l-ifjen poeżija u proża moderna talanqas sat-Tmeninijiet. Il-fatt li diġà għandna ħjiel fl-1992 li P. Feliċjan Bezzina kellu f’rasu jippublika l-opra tiegħu, jidher li dan il-proġett hu kien qiegħed jarah bħala wieħed sħiħ. Tinbet waħedha l-mistoqsija dwar l-għaliex Bezzina ddawwar daqstant sal-2020 biex jasal biex fl-aħħar jgħaddi l-materjal għall-pubblikazzjoni. Jidher ċar li P. Feliċjan konxjament ried li jippreżenta fil-beraħ il-viżjoni tiegħu tar-Realtà bħala waħda sħiħa u misjura. Bħal alkemista, huwa ttanta jsaffi, isajjar u jipperfezzjona l-metall komuni f’wieħed prezzjuż, sa ma’ jasal li jsib dik il-ħaġra filosofika tal-Għerf kontemplattiv li waħdu jwassal lill-bniedem, u miegħu lill-ħolqien, għall-milja li għaliha ġie maħluq. Jalla din l-ewwel edizzjoni ta’ parti mid-Damma Poetika twassal sabiex l-opra ta’ P. Feliċjan tiġi studjata u tkun ukoll tessera oħra fil-mużajk poetiku u letterarju Malti.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/106964
ISBN: 9789918201334
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheMT

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Bil-linka_tfawwar_poeżiji(2022).pdf
  Restricted Access
4.82 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.