Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/107064
Title: L-Ospitalità fl-ewwel żmien tal-Knisja
Other Titles: Il-virtù tal-ospitalità
Authors: Micallef, Martin
Keywords: Hospitality -- Religious aspects -- Catholic Church
Church history -- Primitive and early church, ca. 30-600
Hospitality in the Bible
Issue Date: 2023
Publisher: Knisja 2000
Citation: Micallef, M. (2022). L-Ospitalità fl-ewwel żmien tal-Knisja. In Knisja 2000 (Ed.), Il-Virtù tal-Ospitalità no 143 (pp. 39-53). Rabat: Publikazzjonijiet Dumnikani.
Abstract: Wieħed mill-kapitli famużi fir-Regola ta’ San Benedittu huwa l-kapitlu 53 li jiddeskrivi kif il-monaċi għandhom jieħdu ħsieb ilbżonnijiet tal-pellegrini li jżuruhom fil-monasteru tagħhom. It-test huwa wieħed qasir u mnebbaħ mill-Iskrittura. “Il-barranin kollha li jaslu għandna għandhom jiġu milqugħin bħal Kristu, għaliex Hu stess għad jgħid: Kont barrani u lqajtuni (Mt 25:35).” Żgur iżda li l-ospitalità mhijiex xi invenzjoni monastika, imma ssib l-għeruq tagħha fil-Bibbja. Il-kelma ‘ospitalità’ – bil-Grieg: philoxenia tirreferi għall-użanza antika ta’ xi ħadd li jilqa’ għandu u jassisti lil xi barranin jew vjaġġaturi u joffrilhom dak li jkollhom bżonn. Mhux b’kumbinazzjoni mela, li l-kelma bil-Grieg għall-ospitalità hija marbuta mal-kelma ‘barrani’ – bil-Grieg: xenos. Rowan Greer, fl-istudju tiegħu dwar it-teoloġija u l-ħajja komuni fil-Knisja tal-bidu, jiddentifika tliet manifestazzjonijiet tal-ospitalità Nisranija: il-karità, li tieħu ħsieb il-foqra, u li tilqa’ lil dawn li jemmnu. Ix-xogħol ta’ Christine Pohl ippubblikat fl-1999 huwa meqjus minn ħafna bħala x-xogħol ewlieni fuq din it-tema. F’dan l-istudju maqsum fi tliet partijiet l-awtur jinvestiga l-għejjun Nisrani dwar l-ospitalità, it-tradizzjonijiet Insara dwar din it-tema u kif l-Insara ta’ llum jistgħu jiskopru mill-ġdid modi ġodda ta’ ospitalità. Studju ieħor reċenti dwar l-ospitalità fl-ewwel żminijiet tal-Knisja huwa dak ta’ Amy G. Oden ippubblikat fl-2001 u li fih insibu kollezjoni ta’ testi Nsara bikrija dwar kif l-Insara tal-bidu kienu jeżerċitaw l-ospitalità. F’dan l-artiklu se naraw kif it-tema tal-ospitalità hija mferrxa sewwa fil-kitbiet tat-Testment il-Ġdid bl-isfont tat-Testment il-Qadim, u kif l-ospitalità kienet ipprattikata fil-ħajja tal-ewlenin Insara.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/107064
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheSC

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L-Ospitalità_fl-ewwel_żmien_tal-Knisja_2023.pdf
  Restricted Access
317.23 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.