Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/107119
Title: | San Ċirillu u San Metodju |
Authors: | Berry, John Anthony |
Keywords: | Cyril, Saint, Patriarch of Alexandria, approximately 370-444 Methodius, of Olympus, Saint, -311 Encyclicals, Papal |
Issue Date: | 2008-02 |
Publisher: | Azzjoni Kattolika Maltija |
Citation: | Berry, J. A. (2008, February 16). San Ċirillu u San Metodju. Leħen is-Sewwa, 7530, 10-11. |
Abstract: | Tkun ħaġa nobli jekk kull 14 ta’ Frar mhux biss niccelebraw Jum San Valentinu, kif donna tħeġġiġna l-kultura tagħna, iżda ukoll infakkru żewġ qaddisin kbar u ko-patruni ta’ l-Ewropa: San Ċirillu u San Metodju. Permezz ta’ ittra enċiċlika imsejjħa “Slavorum Apostoli” promulgata fit-2 ta’ Ġunju 1985, il-mibki Papa Gwanni Pawlu II mhux biss xtaqt ifakkar u jxandar ħidmet dawn iż-żewg aħwa missjunarji, iżda ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jgħozz ‘l dawn il-ġganti ta’ l-istorja tal-Knisja u ta’ l-Ewropa. Dawn ġew imsejjħa mill-imperatur Bizantin u Patrijarka ta’ Kostantinopli, fuq talba tal-Prinċep Ratislav, sabiex imorru fil-Moravia l-Kbira u hemmhekk ixerrdu l-vera fidi nisranija bi lsien Slav. Għaldaqtsant, huma telqu art twelidhom u ħadu magħhom l-Iskrittura u xi kotba oħra liturġiċi li aktar tard ittraduċew għal-lingwa antika Slava. Aktar tard, ddeċidew li jiktbu kollox b’alfabet ġdid. Ċirillu u Metodju jibqgħu msemmija għar-rispett lejn id-diversità tal-kulturi, kif ukoll għall-ħila li eżerċitaw biex jintegraw il-fidi mal-kultura tal-post. Bla dubju, ibbenefikaw minn frott ħidmiethom il-Knisja, il-poplu Slav u l-kultura ewropeja. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/107119 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacTheFDT |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
San_Ċirillu_u_San_Metodju_2008.pdf | 129.75 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.