Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/107121
Title: Benedittu XVI : l-ewwel Papa teologu
Authors: Berry, John Anthony
Keywords: Benedict XVI, Pope, 1927-2022
Theologians (Canon law)
Christianity
Issue Date: 2010-04
Publisher: Azzjoni Kattolika Maltija
Citation: Berry, J. A. (2010, April 17). Benedittu XVI : l-ewwel Papa teologu. Leħen is-Sewwa, 7,643. pp. 20, 29.
Abstract: Benedittu XVI hu meqjus bħala l-ewwel teologu akkademiku li qiegħed fiż-żarbuna ta’ Pietru bl-istess mod li Ġwanni Pawlu II kien l-ewwel filosfu professjonali li serva qablu. Kif jixhed hu stess, sa minn żgħożitu dejjem kien motivat bi kliem San Pietru li jkun dejjem lest biex jagħti tweġiba lil kull min jitolbu il-għala tat-tama li għandu (1 Pt 3,5). Ħajjet u xogħol il-Papa Benedittu huma mmarkati mill-istudju, tagħlim, kitba, u talb. Kif jisħaq hu stess, it-teoloġija mhiex xi eżerċizzju mentali iżda tfittxija personali għall-verità. B’konvinżjoni huwa juri effikaċjament il-veritajiet tal-fidi nisranija b’mod li jinftiehem u aċċettabbli għan-nies tal-lum. In-nisġa tal-ħsieb teoloġiku tiegħu hi kumplimentata minn żewġ aspetti. Fi ħsiebu għandu dejjem l-urġenza li jinżel fil-fond tal-għeruq tal-Kristjaneżmu filwaqt ukoll li jagħmel sens mid-dinja li fiha l-fidi kienet imxandra kif hekk inhi llum ukoll. B’attenzjoni lejn l-Iskrittura u lit-Tradizzjoni Kattolika, moħħu hu biex fi kliem Romano Guardini “jġib il-verità għad-dawl”.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/107121
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheFDT

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Benedittu_XVI_l_ewwel_Papa_teologu_2010.pdf143.14 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.