Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/107130
Title: | Il-Ġimgħa Mqaddsa : wirt komuni li jgħaqqadna |
Authors: | Buttigieg, Noel Cassar, George |
Keywords: | Holy Week -- Malta Reġjun Nofsinhar Culture Rites and ceremonies -- Malta |
Issue Date: | 2023 |
Publisher: | Pubblikazzjoni tar-Reġjun Nofsinhar |
Citation: | Buttigieg, N., Cassar, G. (2023). Il-Ġimgħa Mqaddsa : wirt komuni li jgħaqqadna. Malta: Pubblikazzjoni tar-Reġjun Nofsinhar. |
Abstract: | Il-Ġimgħa Mqaddsa f’pajjiżna għandha diversi tifsiriet għal ħafna mir-residenti tagħna. Għal bosta mill-poplu tagħna, din il-ġimgħa hija mixja spiritwali li ssib il-qofol tagħha fil-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir. Madankollu wkoll, din il-ġimgħa tfisser il-qalb dedikata ta’ ħafna dilettanti li għandhom għal qalbhom id-diversi tradizzjonijiet relatati mal-passjoni. Dan il-ktieb imniedi mir-Reġjun Kulturali 2023, ir-Reġjun Nofsinhar, se jkun qed jitfa’ dawl fuq it-tradizzjonijiet li nsibu fil-lokalitajiet li jagħmlu parti minn dan ir-Reġjun. F’dan iż-żmien napprezzaw ix-xhur twal ta’ ħidma minn numru kbir ta’ dilettanti li għandhom għal qalbhom il-festi tal-Ġimgħa il-Kbira. Dawn ix-xhur ħafna drabi jsarrfu f’xogħol tal-idejn u sena oħra biex diversi dilettanti jkunu jistgħu jammiraw il-wirjiet reliġjużi relatati ma’ dawn iż-żminijiet. L-ammont kbir ta’ nies li huma parteċipi f’dawn il-wirjiet u tradizzjonijiet oħra relatati ma’ dan iż-żmien fis-sena liturġika, iqanqal sens ta’ komunità u attiviżmu bejn ir-residenti ta’ kull età. Huwa għalhekk naturali li bħala Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali nibqa’ nsostni bl-għajnuna tiegħi għal-lokalitajiet li potenzjalment jistgħu jdawru dawn it-tradizzjonijiet f’niċċa oħra ta’ suċċess fil-lokal tagħhom. Il-Ġimgħa Mqaddsa għandha tkun opportunità kulturali għal ħafna lokalitajiet, fosthom dawk fir-Reġjun tan-Nofsinhar. L-imsieħba kollha li huma parteċipi f’dawn iż-żminijiet, huma pedina importanti biex ikomplu jsaħħu dan il-wirt kulturali. Bit-tisħiħ tal-wirt kulturali Malti nkunu qed naraw li dawn it-tradizzjonijiet jibqgħu jkunu appuntament annwali. Fl-istess ħin it-tradizzjonijiet reliġjużi relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa, jsarrfu biex iktar nies isaħħu u jtejbu l-ħiliet tal-passatempi tagħhom. B’hekk ukoll inkunu qed naraw li r-residenti tagħna jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar u jkunu attivi fid-diversi għaqdiet volontarji li għandna fil-lokalitajiet tagħna. Dawn l-għaqdiet qed jagħmlu xogħol imprezzabbli biex jagħtu l-ħajja, kif ukoll iżommu t-tradizzjonijiet Maltin għaddejjin. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/107130 |
ISBN: | 9789918004652 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacEMATou |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Il_Ġimgħa_Mqaddsa_wirt_komuni_li_jgħaqqadna_2023.pdf Restricted Access | 32.03 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.